Bħala l-kumpanija tal-ajru tal-Gżejjer Maltin, aħna ngħinu eluf ta' nies biex jaslu Malta permezz tan-netwerk ta' rotot estensiv tagħna fl-Ewropa u minn bliet oħrajn madwar il-Mediterran. Filwaqt li ma nagħmlux titjiriet diretti lejn l-Istati Uniti jew lejn destinazzjonijiet oħrajn fl-Amerika ta' Fuq, aħna lħaqna għadd ta' ftehimiet ma' kumpaniji tal-ajru oħrajn sabiex nassiguraw li jkun faċli għalik biex taqsam l-Atlantiku u tasal f'dawn il-gżejjer.

L-ivvjaġġar lejn Malta: Huwa pjuttost faċli biex mill-Istati Uniti tasal f'Malta. Kulma għandek tagħmel huwa li tagħżel it-trasportatur transatlantiku ppreferut tiegħek biex tivvjaġġa lejn l-Ewropa (bħal Lufthansa, British Airways, Virgin Atlantic, Austrian Airlines, Swiss Airlines u US Airways) u mbagħad taqbad titjira mal-Air Malta lejn Malta minn wieħed mill-ajruporti li noperaw minnu. Żur il-paġna tad-destinazzjonijiet l-oħrajn tagħna għal aktar informazzjoni dwar ir-rotot tagħna. Meta tivvjaġġa ma' wieħed minn dawn il-kumpaniji tal-ajru, tkun tista' faċilment taqbad waħda mit-titjiriet tagħna mill-ajruporti Ewropej ewlenin. Ikklikkja hawnhekk għal lista ta' aġenti u operaturi fl-Istati Uniti  li jipprovdu informazzjoni dwar il-nollijiet tal-Air Malta.

It-Tul tal-Vjaġġ: It-tul tal-vjaġġ ivarja skont diversi fatturi bħall-punt tat-tluq tiegħek, id-destinazzjoni Ewropea li tagħżel u l-ħin tal-konnessjoni bejn it-titjiriet. Madankollu, it-titjiriet transatlantiċi minn JFK, Newark jew Washington lejn l-Ewropa ġeneralment idumu bejn 6 sa 8 sigħat. Titjira lejn Malta minn Londra tieħu madwar 3 sigħat u 20 minuta, minn Frankfurt tieħu madwar sagħtejn u 55 minuta u minn Ruma tieħu siegħa u 30 minuta. F'dawn l-ajruporti ta' dħul, il-ħinijiet tat-titjiriet ta' konnessjoni jvarjaw minn xulxin.

Konċessjonijiet għall-Bagalji: Il-passiġġieri li jivvjaġġaw lejn/minn Malta lejn/mill-Istati Uniti fuq titjiriet tal-Air Malta huma intitolati għal bagalja rreġistrata waħda li ma taqbiżx l-20 kg u għal bagalja tal-idejn waħda li ma taqbiżx l-10 kg. Barra minn hekk, jistgħu jinġarru wkoll laptop u basket tal-idejn mingħajr ma jintalbu ħlasijiet addizzjonali.

Kuntatt: Inti tista' ċċempel liċ-ċentru ta' sostenn tagħna fl-Istati Uniti fuq in-numru 1-866-357-4155 jew 1-561-900-7160, bejn it-8 ta' filgħodu u s-7 ta' filgħaxija (Ħin tal-Lvant), mit-Tnejn sal-Ġimgħa, jew billi tibgħat email. Tista' tikkuntattja wkoll liċ-Ċentru Telefoniku Internazzjonali tagħna fuq in-numru +356 2166 2211.