Kif tħallas għat-titjiriet tiegħek
Aħna qegħdin nagħmluha konvenjenti għalik sabiex tħallas għat-titjiriet tiegħek bl-internet u bil-metodu ppreferut minnek. Hawnhekk ser tingħata lista tal-metodi ta' ħlas li huma aċċettati bħalissa.
Meta tħallas bl-internet
Jekk tagħżel li tibbukkja t-titjiriet tiegħek bl-internet, tista' tagħżel li tħallas bl-użu ta' waħda mill-kartijiet ta' kreditu internazzjonali ewlenin:
- American Express
- MasterCard
- Visa
Tista' wkoll tibbukkja u tħallas għat-titjiriet tiegħek bl-internet jekk il-passiġġier u d-detentur tal-karta ta' kreditu ma jkunux l-istess persuna. Madankollu, bħalissa, ħlas b'karti ta' debitu mhuwiex disponibbli.
Jekk qiegħed illoggjat fil-kont tal-MyKM tiegħek, tista' tissejvja d-dettalji tal-karta ta' kreditu tiegħek b'mod sigur sabiex tkun tista' terġa' tużahom għal prenotazzjonijiet oħrajn fil-futur. Ma għandekx kont?
Irreġistra issa.
Jekk inti membru tal-Flypass, tista' tagħżel li ssarraf il-KMiles tiegħek biex tħallas titjira.
Tgħallem aktar hawnhekk.
Jekk ma għandekx karta ta' kreditu:
Sfortunatament, għandek bżonn karta ta' kreditu biex tħallas għal prenotazzjoni bl-internet. Intant, inti tista' tikkuntattja lit-tim tal-prenotazzjonijiet
tagħna u tagħmel prenotazzjoni provviżorja b'limitu ta' żmien marbut magħha.
Muniti li naċċettaw. Fil-preżent, aħna naċċettaw biss ħlasijiet li jsiru fl-EURO u l-GBP (Sterlina Ingliża)
Ftakar li xi kumpaniji tal-karti ta' kreditu jistgħu jitolbu ħlas ta' tranżazzjoni fuq ix-xiri. Jekk jogħġbok, iċċekkja direttament mal-kumpanija tal-karta ta' kreditu tiegħek jekk għandek xi mistoqsijiet dwar dan.
Ħlas Amministrattiv
Ħlasijiet sikuri u garantiti
Verifika:
Metodi ta' ħlas oħrajn aċċettati
Il-ħlasijiet fi flus kontanti għall-prenotazzjonijiet jiġu aċċettati biss fl-uffiċċju tal-bejgħ tagħna, li jinsab fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Aħna ma naċċettawx ħlasijiet fi flus kontanti jew b'ċekkijiet.
Bħalissa, aħna qegħdin naħdmu sabiex nintroduċu metodi alternattivi ta' ħlas bl-internet.Kif tħallas għal servizzi oħrajn
Fuq dan is-sit, aħna nittrattaw direttament biss ħlasijiet li jsiru fuq prenotazzjonijiet ta' titjiriet u servizzi relatati mat-titjiriet. Jekk tiddeċiedi li tibbukkja l-lukanda tiegħek jew tikri karozza minn fuq is-sit tagħna, dawk il-ħlasijiet jiġu ttrattati minn Booking.com u CarTrawler.com, rispettivament.
Għal aktar informazzjoni u għajnuna dwar kif tibbukkja t-titjira tiegħek bl-internet, tinsiex iżżur is-sezzjoni ta' għajnuna biex tibbukkja.