Għandek xi mistoqsijiet dwar il-prenotazzjoni tiegħek? Fittex fl-informazzjoni ta' hawn taħt biex issib dak li trid. Jekk trid tagħmel xi mistoqsija dwar prenotazzjoni li diġà għamilt, kulma għandek tagħmel huwa li tikkuntattja lit-tim tal-prenotazzjonijiet tagħna.

Meta tibbukkja bl-internet: Ladarba tibda l-proċess biex tibbukkja, jekk tinqatalek il-konnessjoni tal-internet jew iddum wisq biex timxi għall-pass li jmiss, jista' jkun li tirċievi messaġġ li jindika li kien hemm żball. Jekk jiġri dan, jekk jogħġbok illoggja fuq MyKM biex tiċċekkja jekk il-prenotazzjoni tiegħek saritx. Jekk ma tkunx tista' ssib id-dettalji fuq il-panel ta' kontroll tiegħek allura tista' tipprova tibbukkja mill-ġdid.    

Żball fid-dettalji dwar il-passiġġier: Meta tkun qed tagħmel il-prenotazzjoni tiegħek, inti tiġi nnotifikat dwar il-ħlasijiet li tista' teħel jekk tkun trid tbiddel id-dettalji wara l-ħlas. Jekk tirrealizza li għamilt żball meta kont qed iddaħħal id-dettalji dwar il-passiġġier wara l-awtorizzazzjoni tal-ħlas, inti għandek tikkuntattja lit-tim tal-prenotazzjonijiet tagħna minnufih sabiex tiċċekkja jekk dan l-iżball jistax jiġi kkoreġut meta jitħallsu l-ħlasijiet applikabbli.

Kif taġġorna l-biljett tiegħek għal kategorija ogħla: Jekk trid taġġorna l-biljett tiegħek minn Economy għal Club, tista' ċċempel liċ-Ċentru Telefoniku Internazzjonali tagħna. Inti ser tintalab tikkwota l-kodiċi ta' referenza tal-prenotazzjoni (PNR) li jidher fuq il-biljett u li huwa magħmul minn sitt ittri. 

Jekk qed tipprova tuża l-KMiles tiegħek biex taġġorna l-kategorija tat-titjira tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-taqsima tal-flypass billi tibgħat email lil [email protected]

Dettalji dwar qarib: Matul il-proċess ta' prenotazzjoni, inti ser tintalab iddaħħal l-informazzjoni bażika ta' kuntatt ta' qarib jew ħabib, sabiex aħna nkunu nistgħu nużawha f'każ ta' emerġenza biss. Din l-informazzjoni ma tistax tintuża f'każ ta' tibdil jew kanċellazzjoni tat-titjira jew għal finijiet kummerċjali.

Trasferimenti tal-biljetti: Jekk tkun qed tivvjaġġa f'Economy Flexi, Club Malta Saver jew Club Malta Flexi, inti tista' tittrasferixxi l-biljett tiegħek lil ħaddieħor billi tħallas miżata ta' 50 Euro. Dan jiddependi mid-disponibbiltà tas-siġġijiet fl-istess kategorija ta' servizz, inkella l-biljett ikollu jiġi aġġornat għan-noll disponibbli li jkun imiss. 

Biljetti mitlufa jew invalidi: Jekk dan iseħħ għal prenotazzjoni li ssir bl-internet, tinkwieta xejn! Xorta għad għandna d-dettalji tiegħek, u l-panel tal-kontroll tiegħek ser jagħtik ħarsa ġenerali lejn it-titjira li jmiss tiegħek. Kulma għandek tagħmel huwa li tilloggja fil-kont MyKM biex tara d-dettalji tat-titjira u mbagħad tippreżenta l-passaport tiegħek meta tagħmel iċ-check-in.

Jekk il-biljett tiegħek kien biljett tradizzjonali maħruġ direttament mill-Air Malta, inti għandek iċċempel lit-tim tal-prenotazzjonijiet tagħna jew iżżur l-eqreb uffiċċju tal-bejgħ tiegħek u aħna nbiddlu l-biljett tiegħek bi ħlas. Jekk il-biljett tiegħek inħareġ minn aġent tal-ivvjaġġar u mhux direttament mill-kumpanija tal-ajru tagħna, l-ewwel trid tikkuntattja lill-aġent tiegħek biex tikseb id-dokumentazzjoni rilevanti. Aħna ser inkunu nistgħu noħorġu biljett ta' sostituzzjoni meta tippreżentalna d-dettalji rilevanti kollha.

Prenotazzjoni għat-trabi u t-tfal: Fil-kategoriji tal-ivvjaġġar kollha, meta tibbukkja għal tfal jew trabi, inti tkun eliġibbli għal prezz imraħħas. Aħna nqisu lit-tfal bħala trabi sal-jum qabel ma jagħlqu sentejn. Tfal tirreferi għal dawk il-passiġġieri li għandhom bejn sentejn u 12-il sena.

Ftakar li jekk it-tarbija tiegħek tagħlaq sentejn qabel ma tintuża l-parti ta' ritorn mill-biljett tal-ajru, aħna nikklassifikawha bħala tifel/tifla fil-parti ta' ritorn. F'dan l-istadju, il-prenotazzjonijiet għal każijiet bħal dawn jistgħu jsiru mat-tim tal-prenotazzjonijiet tagħna, mal-uffiċċji tal-bejgħ tal-Air Malta jew mal-aġent tal-ivvjaġġar tiegħek.

Biljetti miftuħa: Jekk tixtieq iżżur waħda mid-destinazzjonijiet tagħna iżda mintix ċert dwar id-data ta' ritorn, is-soluzzjoni hija li tixtri biljett miftuħ. Fil-preżent, dawn jistgħu jinxtraw biss billi ċċempel liċ-Ċentru Telefoniku Internazzjonali tagħna jew billi żżur wieħed mill-uffiċċji tal-bejgħ tagħna.