L-Air Malta ma tistax tiggarantixxi ambjent tal-kabina tal-ajruplan ħieles mill-allerġeni jew ma tħallix lil passiġġieri oħra jġibu l-ikel tagħhom stess abbord. Għaldaqstant il-parir tagħna għal passiġġieri li jbatu minn allerġiji tal-ikel, speċjalment allerġiji tal-ġewż, huwa bbażat fuq rakkomandazzjonijiet tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA).
Qabel ma tivvjaġġa, kellem lit-tabib tiegħek biex tiddiskuti r-riskji involuti u x’jista’ jsir biex dawn jitnaqqsu. Jekk tkun preskritt injettur awtomatiku tal-epinefrina/adrenalina bħal EpiPen, ġorru miegħek fil-bagalja tiegħek tal-kabina għall-użu f’każ ta’ emerġenza minħabba reazzjoni allerġika. L-impjegati tal-Air Malta jistgħu, fi kwalunkwe ħin bejn iċ-check-in u l-ħin tat-tluq tal-ajruplan, jitolbuk konferma li qed iġġorr tali injettur awtomatiku tal-epinefrina/adrenalina. Fil-każ li ma jkollokx injettur awtomatiku tal-epinefrina/adrenalina, il-politika tal-kumpanija tapplika, u għaldaqstant inti tista’ tkun f’riskju li l-kumpanija ma tħallikx tivvjaġġa magħha. Dan isir għas-sikurezza tiegħek.
Sabiex ikun assigurat li tingħata l-għajnuna kollha possibbli, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-helpdesk medika tagħna tal-inqas 96 siegħa qabel it-tluq tat-titjira biex tgħarraf lill-Air Malta jekk tbatix minn xi allerġiji, billi tikkwota ir-referenza għall-prenotazzjoni u l-isem sħiħ tiegħek lil [email protected]
Sabiex inkunu ta’ aktar għajnuna, malli titla’ abbord l-ajruplan, jekk jogħġbok għarraf lill-ekwipaġġ jekk tkunx tixtieq li l-Air Malta tagħmel avviż abbord biex titlob lill-passiġġieri l-oħra jżommu lura milli jikkunsmaw ġewż u prodotti tal-ġewż waqt it-titjira tiegħek. Jekk jogħġbok kun af li l-Air Malta ma tistax tiggarantixxi l-konformità ta’ passiġġieri oħra għal tali avviż u li hija r-responsabbiltà tiegħek li ġġorr il-medikazzjoni xierqa biex timmaniġġja l-kundizzjoni tiegħek.