Kif Tasal

L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, li huwa ċ-ċentru tan-netwerk tal-ivvjaġġar tagħna, jista' jintlaħaq faċilment minn kwalunkwe post fil-gżira.

Bil-karozza

Jekk tuża t-trasport tiegħek stess, l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta jinsab f'pożizzjoni konvenjenti tul triq prinċipali bejn l-irħula ta' Ħal Luqa u l-Gudja. Billi sempliċiment issegwi s-sinjali tat-toroq lejn il-Belt Valletta, il-belt kapitali tinsab inqas minn 5 minuti bogħod mill-ajruport, li toffri parkeġġ konvenjenti għal dawk kollha li jżuruha bil-karozza tagħhom.

It-Trasport Pubbliku

F'Malta, it-Trasport Pubbliku huwa mħaddem minn Arriva Malta. Hemm erba' servizzi express mill-ajruport: X1, X2, X3 u X4. Dawn ir-rotot jagħmluhielek aktar faċli sabiex tivvjaġġa direttament lejn u mill-ajruport. Is-servizz huwa pprovdut permezz ta' karozzi tal-linja mgħammra bl-arja kkundizzjonata, kif ukoll 'bendy buses' bi spazju addizzjonali għall-bagalji u aktar post għall-passiġġieri. Hemm ukoll rotot oħrajn li jitilqu mit-terminal fl-ajruport lejn irħula oħrajn fil-qrib. Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok irreferi għall-kabina tal-informazzjoni li tinsab fis-Sala tal-Wasla fl-ajruport, jew inkella żur il-websajt ta' Malta Public Transport.

Servizz tat-Taxi

Is-servizz tat-taxi huwa disponibbli 24 siegħa kuljum minn u lejn l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta lejn u minn kwalunkwe destinazzjoni f'Malta. Il-prezzijiet mitluba huma bbażati fuq rati fissi u l-biljetti mħallsin minn qabel jistgħu jinxtraw mill-kabina tal-biljetti li tinsab fis-Sala tal-Wasla fl-ajruport.

Trasferimenti minn u lejn l-Ajruport

L-arranġamenti dwar it-trasferimenti minn u lejn l-ajruport ġeneralment isiru separatament mal-lukanda jew mal-aġent tal-ivvjaġġar tiegħek u jiġu pprovduti minn kumpaniji privati. Bħalissa, aħna qegħdin naħdmu biex noffru dan it-tip ta' servizz għal dawk li jibbukkjaw minn fuq airmalta.com.

Għal lista ta' ajruporti oħrajn li nikkollaboraw magħhom bis-servizzi tagħna, jekk jogħġbok żur il-paġna tad-destinazzjonijiet.

 

 

1