Check-in

Check-in

 

Bil-għan li nagħmlu l-ivvjaġġar magħna aktar effiċjenti, aħna noffru tliet modi differenti li tista' tagħżel minnhom biex tagħmel iċ-check-in għat-titjira tiegħek: fl-ajruport, online jew permezz tat-telefon ċellulari tiegħek.

Segwi l-links ta' hawn taħt biex titgħallem aktar dwar kull metodu differenti taċ-check-in. 

Check-in fl-ajruport

Jekk ma għandekx aċċess għall-internet, tista' tagħżel li tagħmel iċ-check-in fl-ajruport stess. L-impjegati taċ-check-in tagħna ser ikunu lesti sabiex jgħinuk u jipprovdulek il-karti ta' imbarkazzjoni biex tipproċedi.

Check-in online

Jekk ser titlaq minn wieħed mill-ajruporti ewlenin fuq il-mappa tar-rotot tagħna, aħna noffrulek ukoll iċ-ċans li taqbeż il-kju u tagħmel iċ-check-in online, sabiex b'hekk tkun tista' tipproċedi aktar malajr għaż-żona tal-istennija jew tgawdi l-aċċess tiegħek fil-lounge għal aktar ħin.

Check-in permezz tat-telefon ċellulari tiegħek

Tista' tagħmel iċ-check-in ukoll waqt li tkun għaddej bl-attivitajiet tiegħek billi tikseb aċċess permezz tat-telefon ċellulari tiegħek. Tgħallem dwar il-benefiċċji ta' dan il-metodu u kif jaħdem.

Irreġistra l-bagalja tiegħek

It-tim tal-ekwipaġġ tagħna ta' fuq l-art ser jgħin billi jieħu l-bagalja tiegħek u jirreġistraha mat-titjira tiegħek. Żur din il-paġna biex titgħallem aktar dwar kif tirreġistra l-bagalja tiegħek.

Ftakar

Iċ-check-in għat-titjiriet kollha tagħna jiftaħ sagħtejn qabel il-ħin tat-tluq. Huwa importanti li tasal kmieni fit-terminal tat-tluq sabiex b'hekk tiżgura li inti u dawk li jivvjaġġaw miegħek tilħqu tirreġistraw u ddaħħlu l-bagalji tal-istiva tagħkom.

Ikklikkja hawnhekk għal aktar dettalji dwar il-piż u l-ammont ta' bagalji li tista' tissottometti fid-desk taċ-check-in. 

1