This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Sabiex issir membru tal-programm Marine u Offshore tal-Air Malta, inti għandek tissodisfa ċerti kundizzjonijiet, li huma elenkati hawn taħt.
Dokumenti u mezzi ta’ komunikazzjoni oħrajn tal-programm (eż. newsletters, aġġornamenti dwar il-kontijiet) għandhom jinkludu kundizzjonijiet oħrajn li jistgħu jiġu ppubblikati minn żmien għal żmien. Ladarba tiġi aċċettat bħala membru tal-programm Marine u Offshore, għandha tintbagħat ittra ta’ garanzija bil-letterhead uffiċjali kull meta ssir applikazzjoni għal biljett.
L-ittra għandha tinkludi d-dettalji tal-ivvjaġġar, in-numru tal-passaport, in-numru tal-ktieb tal-baħħara u l-pajjiż tal-ħruġ (dan japplika għall-baħħara biss), kif ukoll l-isem tal-bastiment/pjattaforma. L-applikanti għandhom ikunu lesti li jippreżentaw il-ktieb tal-baħħara, il-kuntratt tal-impjieg u l-ittra ta' garanzija waqt iċ-check-in fl-ajruport.
Ikklikkja hawn biex tmur lura lejn il-paġna Ivvjaġġar Marine u Offshore.