This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Bħala membri fil-programm Marine u Offshore tal-Air Malta, l-impjegati involuti f'xogħol Marittimu u Offshore jistgħu jgawdu minn diversi benefiċċji attraenti.
Il-Kumpaniji u l-Aġenziji kollha li joperaw fl-industrija Marittima li huma interessati li jkollhom Ftehim Korporattiv huma mistiedna jikkuntattjaw lill-uffiċċju tal-Ivvjaġġar Marittimu permezz ta' e-mail.
Il-Membri fil-Programm Marine u Offshore tal-Air Malta sejrin jibbenifikaw minn Tariffi SEMN speċjali fuq in-netwerk ta' titjiriet kollha tal-Air Malta.
Sħubija fil-programm Marine u Offshore tal-Air Malta hija miftuħa għal dawk l-aġenziji u kumpaniji li joħorġu biljetti lil kull min għalaq it-18-il sena u li huwa impjegat f’kumpanija relatata ma' negozju marittimu. Japplikaw konċessjonijiet u tariffi speċjali għall-Baħħara u għall-Membri tal-Ekwipaġġ Marine u Offshore li jkunu qegħdin jivvjaġġaw fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
Il-programm Marine u Offshore tal-Air Malta japplika għall-Baħħara kif ukoll għall-membri tal-ekwipaġġ involuti fi tħaffir, tagħbija, manutenzjoni, inġinerija u ġestjoni.
Benefiċċji tas-Sħubija
Bħala membru fil-Programm Marine u Offshore tal-Air Malta, inti intitolat għal:
Ivvjaġġar Marine u Offshore - Termini u Kundizzjonijiet
Sabiex issir membru tal-Programm Marine u Offshore tal-Air Malta, inti għandek tissodisfa ċerti kundizzjonijiet. Dawn huma elenkati fit-taqsima Aspetti Legali u Politiki ta' dan is-sit. Dokumenti u mezzi ta’ komunikazzjoni oħrajn tal-programm (eż. newsletters, aġġornamenti dwar il-kontijiet) sejrin jinkludu kundizzjonijiet oħrajn li jistgħu jiġu ppubblikati minn żmien għal żmien. Ladarba tiġi aċċettat bħala membru tal-programm Marine u Offshore, għandha tintbagħat ittra ta' garanzija bil-letterhead uffiċjali kull meta ssir applikazzjoni għal biljett. L-ittra għandha tinkludi d-dettalji tal-ivvjaġġar, in-numru tal-passaport, in-numru tal-ktieb tal-baħħara u l-pajjiż tal-ħruġ (dan japplika għall-baħħara biss), kif ukoll l-isem tal-bastiment/pjattaforma. L-applikanti għandhom ikunu lesti li jippreżentaw il-ktieb tal-baħħara, il-kuntratt tal-impjieg u l-ittra ta' garanzija waqt iċ-check-in fl-ajruport.
Qabel ma tipparteċipa fil-Programm Marine u Offshore, jekk jogħġbok aqra t-termini u l-kundizzjonijiet rilevanti li huma disponibbli hawnhekk.