Maltese Cuisine
 

Sabiex titgħallem l-istorja ta' pajjiż, żur il-libreriji tiegħu; iżda jekk verament trid tifhem lin-nies tiegħu, għandek iżżur il-kċejjen tagħhom.

L-istorja mżewqa ta' dan in-nazzjon gżira hija evidenti ħafna fil-kċina tiegħu - storja ta' nazzjon li f'xi waqtiet kien assedjat u iżolat, waqt li f'waqtiet oħrajn kien f'atmosfera ċelebrattiva u rebbieħa – l-ispirtu ta' dan il-poplu huwa kkonfermat fl-ikel tiegħu. L-influwenzi fil-kċina Maltija jvarjaw mill-Grieg sal-Isqalli, mill-Franċiż sal-Ispanjol, mill-Afrika ta' Fuq u saħansitra l-lvant nofsani. Barra minn hekk, filwaqt li ħafna mir-riċetti x'aktarx li huma verżjonijiet lokali ta' dawk li nsibu f'pajjiżi oħrajn, il-verżjonijiet Maltin, adattati għad-disponibbiltà tal-ingredjenti lokali, huma verament uniċi.
 
Minkejja d-diversi nuqqasijiet li spiss kellu jġarrab dan in-nazzjon, il-porzjonijiet tal-ikel huma sorprendentement abbundanti, u filwaqt li l-Maltin jagħmlu użu tajjeb mill-ħxejjex aromatiċi u l-ħwawar, it-tjubija tal-kċina Maltija tiġi l-aktar mill-ingredjenti friski li jintużaw fit-tisjir. Ir-raġuni hija li, minħabba d-daqs ċkejken ta' dawn il-gżejjer, qatt ma tkun aktar minn ħmistax-il minuta bogħod mill-eqreb razzett.

Bon appetit, jew kif jgħidu l-Maltin, l-ikla t-tajba.

 

 

 

 

 

 

 

 

1