1/2
L-Air Malta Tittrasferixxi Sitt Titjiriet ta’ Amsterdam lejn l-Ajruport ta’ Rotterdam Aqra iktar
2/2
London Heathrow Airport - Change to Terminal 4 Read More
Previous Next close
  • person_outline Idħol
  • help_outline Għajnuna u Appoġġ
    close
    Għandek bżonn l-għajnuna?
    Sostenn Ghall-Klijenti chevron_right Aspetti legali u Politiki chevron_right Health and Safety chevron_right FAQ chevron_right Ikkuntattjana chevron_right Customer Information chevron_right
  • language MT
    close
  • search Search
    close
    X'qed tfittex?
logo logo
  • Flight + Hotel
    close
    Air Malta Holidays
  • Flight + Hotel chevron_right
    chevron_left

    Flight + Hotel

    close
  • Covid
    close
    Health & Safety Destination Info Covid Voucher Options
  • Covid chevron_right
    chevron_left

    Covid

    close
  • Skopri
    close
    Malta
    Malta Il-Belt Valletta Kemmuna Għawdex L-Imdina Il-Mosta Tas-Sliema San Ġiljan It-tlett Ibliet
    Ippjana l-Btala Tiegħek
    Malta bit-tfal Btajjel Romantiċi Ikel delizzjuż f'Malta Btajjel għall-għaddasa Malta għaż-żgħażagħ Malta fis-Sajf Żmien il-Milied f'Malta Tgħallem l-Ingliż f'Malta
    X'toffri Malta
    Il-Kultura Il-Patrimonju Divertiment L-Ikel Malti Id-divertiment bil-lejl L-Isport
    Blog
    Ivvjaġġar Malta Promozzjonijiet
    Destinazzjonijiet
    Route Map Londra Ruma Parigi Munich Amsterdam Madrid Zurich
    Il-magażin fuq it-titjira tal-Air Malta
    Read More
    Il-magażin fuq it-titjira tal-Air Malta
    Read More
  • Skopri chevron_right
    chevron_left

    Skopri

    close
  • Ippjana
    close
    Ibbukkja
    Bagalji b’Piż Eċċessiv Għażla tas-Siġġijiet Apparat Sportiv Ordna l-Menu minn Qabel Go First Fast Track Annimali Domestiċi Minorenni mhux akkumpanjati
     
    Titjiriet u lukanda Kiri ta’ karozzi Akkomodazzjoni Heathrow Express Assigurazzjoni tal-Bagalji Lounge
    Offerti
    Offerta għall-Istudenti Agħmel upgrade tat-titjira Gift Vouchers Konferenzi u Vvjaġġar b’Inċentiv
    Ippjana
    Skeda ta' titjiriet Trasport ta’ Merkanzija Titjiriet Charter Gruppi Customer Information Fare Conditions
    L-Aqwa Prezzijiet
    Aqta' biljett issa
    L-Aqwa Prezzijiet
    Aqta' biljett issa
  • Ippjana chevron_right
    chevron_left

    Ippjana

    close
  • Immaniġġja
    close
    Immaniġġja l-buking tiegħi
    Biddel it-titjiriet, żid affarijiet addizzjonali, u ara t-titjira tiegħek
    Il-bukings tiegħek
    Immaniġġja l-buking tiegħi
    Biddel it-titjiriet, żid affarijiet addizzjonali, u ara t-titjira tiegħek
    Il-bukings tiegħek
    Check-in
    Lest biex issiefer? Irreġistra online u ikseb il-karti tal-imbarkazzjoni tiegħek
    Check-in
    Check-in
    Lest biex issiefer? Irreġistra online u ikseb il-karti tal-imbarkazzjoni tiegħek
    Check-in
    Flight Extras
    Agħmel upgrade tat-titjira Għażla tas-Siġġijiet Informazzjoni bagalji Annimali tad-Dar Assistenza Speċjali
    Servizzi
    Id-dokumenti meħtieġa Fl-Ajruport Ikel u xorb waqt it-titjira Vjaġġaturi Żgħar Trasport ta’ Merkanzija
  • Immaniġġja chevron_right
    chevron_left

    Immaniġġja

    close
  • Frequent Flyer
    close
    About
    Dwar Flypass Issieħeb ma' Flypass Nilħqu s-Smewwiet Kif Nixtri l-Kmiles Ixtri Oġġetti Anċillari bil-KMiles Trasferiment tal-KMiles Travel Awards
    FAQs & More
    Mistoqsijiet Komuni Ikkuntattjana Imsieħba Livelli ta 'Sħubija Flypass Terms and Conditions
  • Frequent Flyer chevron_right
    chevron_left

    Frequent Flyer

    close
logo
language menu
logo
language close
person_outline Idħol help_outline Għajnuna u Appoġġ search Fittex
chevron_left

Welcome

close
Dashboard chevron_right
Profile chevron_right Bookings chevron_right
chevron_left

Għajnuna u Appoġġ

close
Għandek bżonn l-għajnuna?
Sostenn Ghall-Klijenti chevron_right Aspetti legali u Politiki chevron_right Health and Safety chevron_right FAQ chevron_right Ikkuntattjana chevron_right Customer Information chevron_right
chevron_left

X'qed tfittex?

close

Lingwa

close
chevron_left

Idħol

close

Idħol

We can't log you in. Make sure your username and password are correct.
Insejt il-password tiegħek? Tlift l-email ta' verifika tiegħek?
jew inkella idħol permezz ta'

This website uses cookies

We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website traffic. We do not track user/device information if this site is accessed within our mobile app. You consent to our cookies if you click "Accept".

Cookie policy
  1. Home

Il-Fortifikazzjoni

 

 

Kemm jekk tħares lejha mill-ajru jew inkella minn fuq il-baħar, l-ewwel ħaġa li tolqtok hija d-dehra invinċibbli u grandjuża tal-gżira, minħabba l-mod kif inhi mibnija. L-irwol storikament strateġiku tagħha bħala kolonja li tħares lill-Ewropa Kristjana mill-Imperu Ottoman ħalla lil Malta b’sistema ta’ difiża mill-aktar b’saħħitha ta’ fortifikazzjonijiet li llum il-ġurnata, għalkemm f’termini militari ma għadhomx meħtieġa, huma parti indispensabbli mill-pajsaġġ Malti.

Il-fortifikazzjonijiet, li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma kkonċentrati madwar iż-żona tal-Port il-Kbir, kienu nbnew primarjament matul ir-renju tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Bl-użu ta’ wħud mill-aqwa arkitetti u inġiniera militari tal-Ewropa, il-fortifikazzjonijiet komplew jittejbu u jissaħħu kontinwament f’dak li llum huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa eżempji ta’ arkitettura ta’ difiża militari fid-dinja.

 

Minbarra l-ħarsien kontra l-avvanzi tal-Imperu Ottoman, l-importanza tal-Port il-Kbir bħala ċentru ta’ trażbord ħolqot il-ħtieġa ta’ difiżi b’saħħithom, filwaqt li l-industrija tat-tbaħħir, li minnha nnifisha kienet tħalli l-qligħ, ipprovdiet aktar fondi għat-tisħiħ ta’ dawn id-difiżi. Is-swar u l-bastjuni tal-Port il-Kbir huma mibnija fuq medda ta’ 25 km, u waqt li l-viżitaturi jistgħu jeżaminaw id-dettalji arkitettorali matul il-jum, dawn l-istrutturi impressjonanti jieħdu l-ħajja bil-lejl, fejn jipprovdu dehra mill-aktar romantika lill-arkitettura sabiħa tal-Belt Valletta u tat-tlett ibliet.

 

Fl-intern tal-pajjiż, il-belt iffortifikata tal-Imdina tiddomina l-art tal-madwar. Din il-belt medjevali, li tinsab imperrċa fuq għolja u li għandha toroq mibnija f’għamla ta’ labirint u arkitettura Normanna, hija mħarsa sewwa grazzi għas-swar għoljin li nbnew madwar il-bini tal-belt. Il-kontroparti Għawdxija tal-Imdina, jiġifieri ċ-Ċittadella, għandha wkoll pożizzjoni prominenti fuq il-pajsaġġ tal-madwar. Il-belt iffortifikata tmur lura għal Żmien il-Bronż (madwar 1500 sena Qabel Kristu) u kompliet tiġi ffortifikata kontinwament sa u matul ir-renju tal-Kavallieri ta’ San Ġwann.

Il-pajsaġġ tal-gżejjer Maltin huwa kkaratterizzat ukoll minn għadd ta’ torrijiet tal-għassa iżgħar magħrufa bħala t-Torrijiet ta’ De Redin, li ħafna minnhom huma miftuħin għall-pubbliku. Dawn it-torrijiet żgħar inbnew f’postijiet strateġiċi madwar Malta, Kemmuna u Għawdex. Is-suldati setgħu jikkomunikaw minn kull torri mat-torrijiet l-oħrajn fil-qrib, li jipprovdu sistema ta’ komunikazzjoni u twissija bikrija kontra l-kursara invażivi. Il-biċċa l-kbira tat-torrijiet huma ppriservati b'mod relattivament tajjeb bi wħud minnhom ġew irrestawrati dan l-aħħar.

Il-Victoria Lines – sistema ta' difiża ffortifikata u kumplessa mibnija mill-Ingliżi – huma fost il-ftit eżempji ta' difiża militari mhux mibnija mill-Kavallieri. L-Ingliżi bnew dawn il-linji difensivi, li jaqsmu l-gżira mit-Tramuntana san-Nofsinhar, bil-għan li jħarsu l-Port il-Kbir - benefiċċju vitali għas-superjorità navali Ingliża fil-Mediterran.

 

 

 

 

 

 

 

Join our newsletter
Invalid format email
Join our newsletter
Connect with us

Skopri expand_more expand_less
Ippjana l-Btala Tiegħek
Blog
Destinazzjonijiet
Route Map
Air Malta Magazine
Ippjana & Immaniġġja  expand_more expand_less
Ibbukkja
Offerti Speċjali
Skeda ta’ titjiriet
Customer Information
Immaniġġja l-ibbukkjar tiegħek
Check In
Services
Destinazzjonijiet expand_more expand_less
Londra
Ruma
Parigi
Munich
Amsterdam
Madrid
Zurich
Dwarna expand_more expand_less
Dwar l-Air Malta
Aħdem magħna
Responsabbiltà Soċjali Korporattiva
Imsieħba
Rapporti Annwali
Aħbarijiet
Help & Contact expand_more expand_less
Aspetti legali u Politiki
Saħħa u sigurtà
Ikkuntattjana
Cyber Safe
Frequent Flyer
logo 2021, Air Malta Plc. All rights reserved.
1
Air Malta