This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Matul is-snin, Malta, li hija aktar minn sempliċi destinazzjoni ta' xemx u baħar, attirat miljuni ta' viżitaturi biex japprezzaw il-patrimonju kulturali rikk tagħha. Fuq kollox, il-kultura f'Malta hija esperjenza unika li ma tista' ssibha mkien ieħor. Il-Mużewijiet, l-esebizzjonijiet u t-tempji huma fost l-aqwa postijiet li tista' żżur biex tibda; iżda meta tkun qed tivvjaġġa ma hemmx isbaħ milli tesperjenza l-kultura ħajja ta' madwarek.
Imxi tul it-toroq dojoq tal-Imdina, segwi l-banda fil-festa tar-raħal flimkien mal-abitanti tal-post, segwi kunċert minn mużiċisti lokali - kemm jekk ta' mużika kontemporanja jew l-għana tradizzjonali, jew inkella sempliċiment qatta' siegħa jew tnejn tosserva n-nies għaddejjin minn xi kafetterija fil-beraħ li hemm fil-Belt Valletta. Malta toffrilek iċ-ċans li tarrikkixxi l-orizzonti kulturali tiegħek ma' kull kantuniera.