This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Jekk tħoss li l-idea li tqatta' ġranet twal tixxemmex ħdejn il-baħar, tgawdi l-barbikjus filgħaxijiet jew tattendi festa ta' xi raħal mal-abitanti tal-lokal hija waħda estremament attraenti, allura bla dubju ser tkun għal qalbek f'Malta. Dejjem hemm xi ħaġa għaddejja fil-gżejjer Maltin, għalhekk, ma hemm ebda ċans li ser tixba' għax ma ssibx x'tagħmel jew li ħa jifdallek ħafna ħin f'idejk.
Billi tibbenifika mill-pożizzjoni tagħha, kennija bejn Sqallija u l-Afrika ta' Fuq, Malta tgawdi temperaturi sħan b'kondizzjonijiet ftit aktar friski permezz ta' żiffa ħafifa filgħaxijiet. Matul iż-żjara tiegħek f'Malta, li ta' spiss issir referenza għaliha bħala 'l-gżira tax-xemx', għandek iċ-ċans li tiltaqa' ma' festivals tal-jazz, festivals tal-birra, festivals tal-mużika, jiem iddedikati għaċ-ċinema, il-festi tal-irħula u ħafna aktar. Il-Maltin mhux biss jiċċelebraw kważi kollox, iżda jeħduha bħala sfida personali biex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-ġranet tas-Sajf.
Ix-xhur sħan jiftħu l-istaġun tal-festi b'serje ta' avvenimenti li jibdew fl-aħħar ta' Mejju u jibqgħu sejrin bla waqfien sa Settembru. Matul dan il-perjodu tas-sena, qajla jasal tmiem il-ġimgħa u ma jkunx hemm xi raħal li jkun qiegħed jiċċelebra l-festa tal-qaddis patrun tiegħu. Waqt dawn il-festi, ser ikollok l-opportunità li dduq il-qubbajt tradizzjonali Malti – ħelu lokali delizzjuż li ħafna jixxennqu għalih.