This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Din il-belt, li isimha jfisser paċi u serħan, fl-imgħoddi kienet villaġġ tas-sajd vivaċi flimkien mal-villaġġ ġar ta' San Ġiljan.
Matul l-aħħar deċenji, il-popolarità ta' Tas-Sliema ħadet imbottatura tajba billi saret żona mfittxija ħafna kemm min-nies tal-lokal kif ukoll mit-turisti. Tas-Sliema, li toffri bosta attivitajiet dinamiċi, hija rinomata għall-isport li jintlagħab ħdejn il-baħar, dawriet trankwilli bil-lanċa madwar Malta u għawm bl-isnorkel u għadis.
Tas-Sliema, li hija miżgħuda bil-ħwienet u l-kumplessi tax-xiri, hija ċentru popolari għal dawk li jħobbu x-xiri, kif ukoll għal dawk li jħobbu affarijiet fini u sofistikati, billi hija għandha diversi ristoranti eleganti u lussużi. It-toroq ta' Tas-Sliema huma kkaratterizzati minn vilel moderni u djar kbar tradizzjonali Maltin, biex b'hekk għandha taħlita tal-antik mal-modern.
Il-promenade sabiħ mad-dawra tal-kosta sar il-post ideali għal dawk li joħorġu jimxu u jiġġoggjaw, kif ukoll bħala post prolifiku fejn jiltaqgħu n-nies tal-lokal matul l-istaġun tas-sajf. Il-mixjiet romantiċi taħt id-dawl tal-qamar, il-barbikjus u l-kafetteriji u r-ristoranti għall-beraħ għamlu lil Tas-Sliema ċ-ċentru tad-divertiment soċjali ta' matul il-lejl.
Tas-Sliema timmeravilja lil dawk li jżuruha b'veduti spettakolari tal-baħar u tal-belt Valletta. Jekk iżżur Tas-Sliema matul is-Sajf issibha għaddejja b'attività kontinwa grazzi għall-għadd numeruż ta' ħwienet tax-xorb, lidos max-xatt, ristoranti b'ikel fin u delizzjuż, ħwienet attraenti u kkuluriti li jbiegħu l-ġelati, kafetteriji u kumplessi tax-xiri moderni.
Żjara jew akkomodazzjoni f'din il-belt ferm ikkulurita u vibranti tagħtik iċ-ċans li dduq il-ħajja mgħaġġla u eċċitanti li kapaċi toffri din il-gżira, b'garanzija li tkun esperjenza mill-aktar memorabbli u li ma tinsa qatt.