This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Minkejja d-daqs ċkejken tagħhom, il-Gżejjer Maltin joperaw sistema pjuttost estensiva ta' trasport pubbliku li jistgħu jużaw u jistrieħu fuqha n-nies tal-lokal u t-turisti. Filwaqt li fl-imgħoddi l-Gżejjer kellhom fis-seħħ kemm sistema tal-ferrovija kif ukoll tat-tramm, matul dawn l-aħħar għexieren ta' snin, il-karozzi tal-linja ħadulhom posthom bħala l-forma ewlenija ta' trasport pubbliku.
Il-karozzi tal-linja, li joffru servizz irħis u frekwenti lejn ħafna partijiet ta' Malta u Għawdex, inklużi ċ-ċentri prinċipali tal-Belt Valletta u Tas-Sliema, huma l-għażla awtomatika ta' ħafna abitanti tal-post u turisti biex jivvjaġġaw madwar il-gżejjer. Is-servizz il-ġdid juża flotta ġdida ta’ karozzi tal-linja moderni bl-arja kkundizzjonata li jipprovdu sistema ta’ trasport effiċjenti iżda mhux għalja fuq netwerk estensiva madwar il-Gżejjer Maltin.
Sa Lulju 2011, bosta karozzi tal-linja bi proprjetà privata attiraw ħafna turisti lejn il-gżejjer minħabba l-karattru uniku tagħhom. Dawn il-karozzi tal-linja bi proprjetà privata, li sikwit tqiesu bħala karatteristika ikonika tal-gżira, kienu jiġu mżejna u personalizzati mis-sidien tagħhom biex jagħmlu kull karozza tal-linja unika u inkomparabbli.
Is-sistema l-ġdida ġġib magħha sett ġdid ta' benefiċċji. Hija toffri skrins b'informazzjoni dak il-ħin stess, titjib fil-postijiet fejn jieqfu l-karozzi tal-linja biex irikkbu u jniżżlu l-passiġġieri u ħafna aktar faċilitajiet ta' skambju. B'ħafna waqfiet qrib il-lukandi, l-ivvjaġġar madwar il-Gżejjer Maltin bil-karozza tal-linja għandu jkun relattivament faċli u mingħajr problemi.
Is-servizz ta' 'Airport Express'
F'din is-sistema joperaw erba' servizzi express bil-karozza tal-linja - X1, X2, X3, X4, X5 u X7 - biex iwasslu litI-turisti minn u lejn l-ajruport. Fuq dawn ir-rotot hemm spazju għall-bagalji u kumditajiet oħrajn.
Ir-Rotot tal-Karozzi tal-Linja f'Għawdex
Il-gżira ta' Għawdex hija servuta b'10 rotot tal-karozzi tal-linja li joperaw kull siegħa f'kull direzzjoni. L-unika eċċezzjoni hija r-rotta 301 bejn il-belt Victoria (ir-Rabat) u l-Imġarr, il-villaġġ port fejn jittrakkaw il-vapuri tal-Gozo Ferry, li topera kull nofs siegħa. Il-ħinijiet tal-vjaġġi bil-karozzi tal-linja huma konsistenti għal kull jum tal-ġimgħa kemm matul ix-xitwa kif ukoll fis-sajf.
Il-Vapur ta' Għawdex
Huwa faċli biex wieħed jivvjaġġa bejn Malta u Għawdex. Servizz regolari bil-vapuri jġorr il-passiġġieri u l-vetturi tagħhom bejn Malta u Għawdex fuq bażi regolari. Il-vjaġġ bil-baħar jieħu madwar 25 minuta.
Tgħallem aktar dwar ir-rotot tal-linja lokali billi żżur il-websajt uffiċjali tat-Trasport Pubbliku ta’ Malta.