This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Hija għandha storja twila u ta' fama kbira bħala ċentru ta' governanza u amministrazzjoni għal dawk kollha li ħakmu l-arċipelagu minn mindu nbniet wara l-assedju l-kbir tal-1565.
Il-Belt Valletta tal-lum hija belt li qiegħda tistagħna. Grazzi għat-toroq tagħha ddisinjati f'forma ta' gradilja u għad-daqs żgħir tagħha, il-belt tista' tiġi esplorata faċilment bil-mixi, u dawk li huma avventurużi żgur ser jiġu ppremjati b'veduti estensivi, ħwienet attraenti li jbiegħu kull xorta ta' oġġetti, ristoranti mill-aqwa u, fuq kollox, arkitettura spettakolari.