F'dinja fejn il-prodotti qegħdin isiru dejjem aktar kumplessi, il-firxa ta' prodotti industrijali, kummerċjali u domestiċi li jistgħu jirrappreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sigurtà qiegħda tiżdied b'mod kostanti. Oġġetti apparentement innokwi, bħal oġġetti tad-dar, oġġetti tal-elettriku u apparat mediku, jista' jkun fihom varjetà wiesgħa ta' sustanzi potenzjalment perikolużi. Madankollu, materjal korrużiv, li jieħu n-nar, tossiku, materjal infettiv u kombustibbli b'mod spontanju, splussivi, ossidaturi, veleni, likwidi krijoġeniċi, materjal b’kalamiti u materjal radjuattiv, jiġu ttrasportati bl-ajru fi ftit ħin, b'mod sigur u b’mod ekonomiku ta' kuljum.

Għal dan il-għan, l-Air Malta CargoSystems tipprovdi taħriġ sħiħ (bażiku, ta' aġġornament u avvanzat) minn għalliema kkwalifikati u approvati mill-IATA.

Kunċetti tat-Taħriġ:

  • Filosofija ġenerali 
  • Limitazzjonijiet
  • Rekwiżiti ġenerali għat-trasportaturi tal-merkanzija 
  • Klassifikazzjoni 
  • Lista ta' oġġetti perikolużi
  • Rekwiżiti ġenerali tal-ippakkjar
  • Struzzjonijiet għall-ippakkjar
  • Tikkettar u mmarkar
  • Dikjarazzjoni tat-trasportaturi tal-merkanzija u dokumentazzjoni oħra  
  • Proċeduri ta' aċċettazzjoni 
  • Proċeduri għall-ħażna u għat-tagħbija 
  • Notifika għall-bdoti 
  • Provvisti għall-passiġġieri u għall-membri tal-ekwipaġġ 
  • Proċeduri ta' emerġenza

Għal kwalunkwe informazzjoni oħra, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

It-Taqsima tat-Taħriġ ta' CargoSystems

Tel: +356 2299 4226
Fax: +356 2124 3455
Indirizz tal-email 

Sistemi ta' Informazzjoni 

Is-sistemi tal-Prenotazzjonijiet, tal-Operazzjonijiet, tal-Imħażen u tal-Ġestjoni ta' CargoSystems jinżammu minn Super Cargo tas-SITA (Societe Internationale de Telecommunications Aeriennes), li tintuża b'mod wiesa' minn madwar 60 linja tal-ajru oħra madwar id-dinja. Barra minn hekk, aħna noffru lill-komunità tal-merkanzija l-faċilitajiet u s-servizzi ta’ Traxon Cargo Community System, li tippermetti rintraċċar veloċi u effiċjenti tal-merkanzija.