L-Air Malta Cargo Systems and Transhipment Centre jipprovdi servizzi ta' Merkanzija fit-Terminal ta' Malta 24 siegħa kuljum u joffri faċilitajiet ta':

  • Ħażna (Importazzjoni/Esportazzjoni/Courier) 
  • Trażbord
  • Approvazzjoni doganali
  • Servizz ta' kaxxier 
  • Ġbir ta' Ħlasijiet 
  • Ħruġ ta' biljetti ta' kunsinna bl-ajru
  • Rintraċċar u Traċċar

Il-Maħżen tal-Merkanzija huwa mgħammar b'tagħmir modern tal-ogħla livell teknoloġiku li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u li jista' jimmaniġġja merkanzija f'massa jew f'unitajiet.
 

Il-faċilitajiet jinkludu:

  • Kamra mortwarja għall-Ħażna/Rilaxx ta' Fdalijiet Umani  
  • Kamra mkessħa b'temperatura stabbilita ta' +2 sa + 4 gradi Celsius 
  • Sistemi b'rombli għall-Pelits tal-Ajruplani bi Pjattaforma Idrawlika. 
  • Sorveljanza tas-sigurtà 24 siegħa kuljum b'kameras CCTV.

Approvazzjonijiet barra mill-ħinijiet tal-uffiċċju jistgħu jsiru fuq talba u b'notifika minn qabel lill-Air Malta permezz ta' email fl-indirizz:  [email protected]

Standards tas-Servizz:

L-ipproċessar ta' dokumenti ta' merkanzija għall-Approvazzjoni Doganali: sagħtejn mill-wasla attwali tat-titjira; Rilaxxi - 4 siegħat mill-wasla attwali tat-titjira (soġġett għad-disponibbiltà tad-dwana)

Ser tingħata prijorità lil: Gazzetti, Mediċini urġenti, Oġġetti li jitħassru malajr, Fdalijiet Umani, annimali ħajjin, Posta Diplomatika u, f'ċerti każijiet urġenti, spare parts tal-vapuri.

Għal aktar dettalji u għal tagħrif dwar it-tariffi tal-immaniġġjar fl-Imħażen, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

CargoSystems Terminal Services 

Tel : +356 2395 1138 

E-mail: [email protected]