This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Minbarra s-servizzi skedati bejn Malta u l-ajruporti ewlenin fl-Ewropa, fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani, l-Air Malta topera wkoll programm charter estensiv.
Titjiriet charter b’ġita inkluża huma operati f’isem l-operaturi turistiċi Ewropej ewlenin minn ajruporti ewlenin, iżda b’mod speċjali minn ajruporti reġjonali li b’hekk iqarrbu lil Malta lejn id-djar ta’ eluf ta’ turisti. Barra minn hekk, charters ta' konsolidazzjoni jiġu pprogrammati speċifikament biex jaqdu l-operaturi turistiċi ta' daqs żgħir u medju li altrimenti ma jeħdux ir-riskju li jiċċarterjaw ajruplan sħiħ. L-Air Malta hija rikonoxxuta bħala pijunier f’dan il-qasam, biex b’hekk issaħħaħ l-irwol mexxej tagħha fl-industrija tat-turiżmu Malti.
L-opportunitajiet charter ad hoc jiġu ttrattati b'mod professjonali, tant li jqajmu l-aqwa għarfien u flessibbiltà mid-dipartimenti kollha.
L-istima ta’ klijenti ta' operaturi turistiċi ewlenin lejn iċ-charters tal-Air Malta nkisbet permezz tad-dedikazzjoni lejn servizz effiċjenti u fil-pront mill-mument li nirċievu l-ewwel talba sakemm il-klijenti tagħna jaslu lura d-dar. Xhieda ta’ dan huma l-kummenti ta' tifħir mill-passiġġieri u l-Awards Internazzjonali għall-Aqwa Prestazzjoni u Servizzi Operazzjonali.
Għal aktar informazzjoni, ċempel fuq in-numru (356) 22 999 145, żur kwalunkwe Uffiċċju Sekondarju tal-Air Malta jew ibgħatilna e-mail.