L-ivvjaġġar mal-Air Malta jirrendi. Għal kull biljett economy eliġibbli tal-Air Malta, inti tista' takkwista minimu ta' 1 KMile għal kull mil li tivvjaġġa. Għal titjiriet internazzjonali ta' inqas minn 500 mil, il-membri jisgħu jakkwistaw minimu ta' 500 KMiles.
Kulma għandek tagħmel huwa li tikkwota n-numru tas-sħubija tal-Flypass tiegħek kull meta tibbukkja titjira jew tippreżenta l-kard tiegħek waqt iċ-check-in sabiex jiġi assigurat li l-KMiles tiegħek jiġu kkreditati direttament fil-kont tiegħek.
It-tabella ta' hawn taħt turik kemm ser takkwista KMiles meta tivvjaġġa magħna abbażi tan-noll tal-kategorija li tibbukkja u s-servizz tal-kabina.
Il-Kategorija tal-Prenotazzjoni skont il-Kabina u n-Noll | KMiles akkwistati għal kull mil |
Economy E, R, U, N | Mhuma allokati l-ebda mili |
Economy S, W | X 0.5 mili ta' vvjaġġar |
Economy B, G, K, H, Q, T | X 1 mili ta' vvjaġġar |
Economy L, M, V, Y | X 2 mili ta' vvjaġġar |
Business Class Booking, Kategorija C, D u I | X 3 mili ta' vvjaġġar |
Barra minn hekk, tista' takkwista l-Bonus Miles għal kull Livell skont l-istatus tas-sħubija tiegħek fil-Programm Flypass .
Livell | Bonus Miles għal kull segment |
Permanenti Plus | 35% |
Diamond | 50% |
Il-benefiċċju tat-Tier Bonus jiġġedded kull sena, bil-kundizzjoni li l-limitu meħtieġ (minbarra l-Bonus KMiles) ikun intlaħaq minn attività ta' vvjaġġar fuq servizzi skedati tal-Air Malta biss kull sena mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru. It-Tier Bonus Miles jinkisbu wkoll meta tivvjaġġa ma' Kumpaniji tal-Ajru oħrajn li huma Msieħba tal-Flypass. It-tabella tal-Mili tal-Attività tal-Ivvjaġġar li tidher hawn taħt hija bbażata fuq id-distanza tal-ivvjaġġar minn Malta sad-destinazzjoni rispettiva u viċi versa.
Rotta
|
KMiles
|
Katanja
|
500
|
Palermo
|
500
|
Ruma
|
500
|
Napli
|
500
|
Nizza
|
662
|
Milan
|
741
|
Ġinevra
|
841
|
Lyon
|
843
|
Vjenna
|
853
|
Zurich
|
859
|
Munich
|
861
|
Praga
|
985
|
Madrid
|
1035
|
Pariġi
|
1084
|
Dusseldorf
|
1134
|
Brussell
|
1154
|
Berlin
|
1156
|
Tel Aviv
|
1200
|
Amsterdam
|
1234
|
London Gatwick
|
1285
|
London Heathrow
|
1310
|
Lisbona | 1312 |