Livell Temporanju

Kif tikseb il-KMiles

Ftakar li trid tippreżenta l-kard tal-Flypass temporanja tiegħek kull darba li tagħmel iċ-check-in sabiex b’hekk tikseb awtomatikament il-KMiles fil-Kont tal-Flypass tiegħek.

Flypass Travel Awards

Inti tista’ tibda ssarraf u tibbenifika mill-KMiles miksuba minnek fi Travel Awards hekk kif tkun akkumulajt l-ammont meħtieġ ta’ KMiles.

Prijorità fuq il-Lista ta’ Stennija

Inti tgawdi prijorità awtomatika fuq dawk li mhumiex membri tal-Flypass għall-ewwel postijiet disponibbli fuq titjiriet skedati li l-biljetti għalihom ikunu nbiegħu kollha. L-istatus tas-sħubija tiegħek u l-attività fil-kont jiddeterminaw l-ordni tal-prijorità fost il-membri. Jekk jogħġbok kun żgur li tikkwota n-numru tas-sħubija tiegħek fl-istadju tal-prenotazzjoni.

Offerti u Benefiċċji Esklussivi għall-Membri tal-Flypass

Permezz tal-avviżi elettroniċi tagħna, int se tirċievi offerti speċjali esklussivi.

1