Mingħajr ebda spiża jew obbligu, Flypass tipprovdi lill-utenti eżistenti l-opportunità li jakkwistaw il-KMiles kull darba li jivvjaġġaw fuq servizzi skedati tal-Air Malta. Il-KMiles jiġu akkwistati skont is-segment tat-titjira, it-tip ta’ servizz u n-noll. Dawn il-KMiles jistgħu jissarrfu għal titjiriet mingħajr ħlas lejn kull waħda mid-destinazzjonijiet tagħna fin-netwerk ta' rotot skedati.

Il-Flypass tal-Air Malta huwa l-mod tagħna kif nirringrazzjawk talli tivvjaġġa magħna u kif nuruk li napprezzaw il-lealtà u l-klijentela li pprovdejtilna matul is-snin.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattjana billi ċċempel fuq in-numru (+356) 2299 9660 jew billi tibgħat email lil [email protected].