This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
L-ivvjaġġar mal-Air Malta jżid il-flessibbiltà u jagħtik aktar kontroll.
Ivvjaġġa Kif Trid
Agħżel bejn Business jew Economy Class biex tiddetermina l-livell ta’ kumdità u neċessitajiet tiegħek fuq l-art u fl-ajru. U irrispettivament mill-klassi ta’ ivvjaġġar tiegħek, inti tista’ tagħżel li tħallas noll iktar baxx jew inkella tagħżel li jkollok iktar flessibilità għall-arranġamenti tal-vjaġġ tiegħek u f’xi tibdil tal-aħħar minuta.
Tir fil-Għoli mal-Business Class tal-Air Malta
Meta tivvjaġġa fil-kategorija Business Class ikollok aċċess għall-ifjen esperjenza offruta mill-Air Malta.
Għaddi riħ iktar mis-soltu fl-ajruport grazzi għaż-żona ddedikata għaċ-check-in fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Ovvjament, il-bagalji tiegħek jiġu mmarkati bħala prijorità u mbagħad tista’ tmur tfittex rilassament fid-dinja ta’ barra b’aċċess għal ‘La Valette Lounge’, billi jkollok ħin tirrilassa u tistrieħ. Biljett tal-‘Business Anytime’ jagħtik ukoll il-vantaġġ li tikkanċella vjaġġ jew tbiddel id-dati ta’ ivvjaġġar tiegħek bla ħlas jekk ikollok bżonn.
Dan huwa sommarju ta' wħud mill-benefiċċji assoċjati mal-ivvjaġġar fil-kategorija Business Class tal-Air Malta:
Mogħdija rapida | Meta tkun ser titlaq minn Malta, tingħata prijorità meta tiġi biex tgħaddi mill-kontrolli tas-sigurtà għal ġos-sala u l-bieb tat-tluq. |
Kabina Separata | Gawdi l-atmosfera ta' spazju ta' kabina separata b'ekwipaġġ tal-kabina ddedikat u mħarreġ apposta. |
Arranġament tas-siġġijiet | It-tqassim imtejjeb tas-siġġijiet jipprovdi spazju akbar għas-saqajn b'mejda bejn kull żewġ siġġijiet. |
Menus speċjali | Ipprova numru ta' platti internazzjonali kkumplimentati b'għażla ta' nbejjed lokali. |
Xorb b'xejn | Servizz ta' xorb mingħajr limitu, inkluża xampanja. |