This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Aħna nagħtu l-akbar prijorità lis-sigurtà abbord l-ajruplani tagħna. Għal din ir-raġuni, l-armi tan-nar għandhom ir-regoli speċjali tagħhom meta jinġarru abbord it-titjiriet tagħna. Huwa importanti li taqra l-istruzzjonijiet ta' hawn taħt bir-reqqa sabiex tifhem il-proċedura sħiħa tal-ivvjaġġar bl-armi tan-nar fuq l-ajruplani tal-Air Malta.
Meta tkun qed tipprepara sabiex tivvjaġġa b'armi tan-nar u/jew munizzjon, għandek issegwi dawn l-istruzzjonijiet bir-reqqa:
● L-armi tan-nar u/jew il-munizzjon jiġu aċċettati biss bħala bagalja rreġistrata jekk jiġu ppakkjati f'valliġġa addattata jew jekk jiġu ppakkjati b'mod sigur f'bagalja mal-affarijiet personali tiegħek.
● Kull arma tan-nar li tinġarr għandha tkun akkumpanjata miċ-ċertifikat adegwat tagħha.
● Mhuwiex permess li ġġorr munizzjon separat. Minflok, il-munizzjon għandu jiġi ppakkjat jew fl-ippakkjar oriġinali tiegħu jew inkella f'kontenitur addattat li jipprevjeni li jkun hemm moviment bejn id-depożiti jew l-iskrataċ.
● Tista' tippakkja biss sa 5kg ta' munizzjon għall-użu personali tiegħek.
● L-armi jitqiesu bħala parti mill-bagalja checked-in tiegħek sakemm ma taqbiżx l-allowance għall-bagalja, jiġifieri, biċċa 1 jew 2 biċċiet jiddependi mill-biljett li tkun xtrajt. F’dak il-każ ikollok tħallas l-ammont mitlub għal apparat tal-isports normali.
● IMPORTANTI:
Boroż jew kontenituri li jkun fihom munizzjon qatt ma għandu jkollhom tikketti li jgħidu li fihom 'splussivi'.
Inti għandek iċċempel jew tibgħat email liċ-ċentru ta' kuntatt tagħna mill-inqas 72 siegħa qabel it-titjira tiegħek jekk għandek il-ħsieb li tivvjaġġa b'armi tan-nar u/jew munizzjon. Dan sabiex tiżgura l-konformità mar-regolamenti u l-obbligi nazzjonali u Internazzjonali. Jekk tonqos milli tagħmel dan ma titħalliex titla' fuq l-ajruplan.
Qabel it-titjira tiegħek, ser ikollok bżonn tagħmel ukoll arranġamenti separati għal skorta tal-pulizija sabiex tkun disponibbli waqt iċ-check-in. L-ispejjeż għall-preżenza tal-pulizija għandhom jitħallsu minnek stess.
Notifika għandha tinkludi:
Armi tan-nar
● Il-kwantità
● It-tip (pistola, xkubetta, senter)
● Id-ditta/il-mudell
● Il-kalibru
Munizzjon
● Il-kwantità (il-piż) u l-kalibru
● L-iskorta tal-pulizija għandha tieħu ħsieb l-arma tan-nar waqt iċ-check-in, tul il-proċeduri tad-dwana u sa fuq l-ajruplan.
● Jeħtieġ li inti tiddikjara l-preżenza tal-munizzjon fil-bagalja rreġistrata tiegħek mal-uffiċjali tas-sigurtà, li min-naħa tagħhom għandhom jivverifikaw li ma jinqabiżx il-piż permess.
● Fl-aħħarnett, ser ikollok bżonn tippreżenta d-dokumentazzjoni u l-liċenzji kollha meħtieġa għall-arma tan-nar jew il-munizzjon tiegħek. Dawn jinkludu liċenzji tal-esportazzjoni/importazzjoni u awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet lokali u nazzjonali.
Barra minn hekk, japplikaw ir-regoli li ġejjin:
● Inti għandek tkun fiċ-check-in mill-inqas sagħtejn qabel it-titjira tiegħek, sabiex b'hekk ikun hemm biżżejjed ħin għall-ipproċessar tad-dokumenti qabel l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà.
● L-armi tan-nar għandhom dejjem jiġu ttrasportati separatament mill-munizzjon.
● Mhuwiex permess li jiġi ttrasportat munizzjon bi projettili li jistgħu jisplodu jew jieħdu n-nar.
Għal aktar tagħrif dwar oġġetti oħrajn li huma ristretti mill-bagalji, żur din il-paġna