This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Kull vjaġġ huwa differenti. Ħu miegħek dak li għandek bżonn.
Jekk għandek bżonn tieħu oġġett speċjali lejn id-destinazzjoni tiegħek, aħna dejjem nipprovaw nakkomodawk. Filwaqt li l-ħtiġijiet tiegħek ivarjaw minn vjaġġ għal ieħor, f'din il-kategorija ser issib uħud mid-dettalji ewlenin li ser ikollok bżonn.
Il-kumpanija Air Malta bħalissa qiegħda tikklassifika dawn li ġejjin bħala bagalji speċjali:
Aħna għandna l-pjaċir li ngħinuk iġġorr l-apparat mużikali miegħek lejn/minn Malta jew 'lil hinn minnha.
L-istrumenti u/jew l-apparat mużikali jiġu aċċettati bħala bagalja rreġistrata, bagalja tal-idejn jew bagalja tal-kabina — skont id-daqs u l-forma tagħhom. Jekk ser tirreġistra l-istrumenti mużikali tiegħek, jekk jogħġbok għinna nżommu l-istrument tiegħek f'kundizzjonijiet siguri billi tippakkjah f'valliġġa b'saħħitha.
Kitarri u strumenti mużikali żgħar oħrajn, bħal vjolini, jiġu aċċettati minflok il-bagalja tal-idejn li inti intitolat li ġġorr miegħek mingħajr ħlas fuq it-titjiriet diretti li noperaw aħna. Dawn l-oġġetti għandhom joqogħdu faċilment fil-kompartamenti ta' fuq ras il-passiġġieri.
L-istrumenti jew l-apparat mużikali kollha jistgħu jiġu rreġistrati jekk il-piż totali jaqa' fi ħdan il-limitu normali tal-bagalja tiegħek. Jekk taqbeż il-limitu tal-piż permessibbli, inti jkollok tixtri vawċer għal bagalja b'piż żejjed.
B’€40 biss għal kull oġġett għal kull titjira meta tibbukkja fuq is-sit tagħna, aħna sempliċiment qegħdin nagħtuk is-setgħa li ssegwi l-passjoni tiegħek u tgawdi l-vjaġġ tiegħek.
Is-saħħa u l-kumdità tiegħek abbord it-titjiriet tagħna huma l-prijorità tagħna. Jekk għandek bżonn iġġorr ċertu apparat mediku bħal tant tal-ossiġenu jew mediċina fuq it-titjira tiegħek, jekk jogħġbok imla l-Formola Medika mill-inqas 24 siegħa qabel it-titjira tiegħek.
Inti ser ikollok bżonn tippreżenta ċertifikat mediku mingħand it-tabib tiegħek li jikkonferma li l-medikazzjoni/apparat huma tassew meħtieġa. Jeħtieġ li ċ-ċertifikat jinkludi d-dettalji tal-medikazzjoni u l-użu maħsub tagħha.
L-armi tan-nar maħsuba biex jintużaw f'avvenimenti sportivi għandhom ir-regoli speċjali tagħhom meta jinġarru abbord it-titjiriet tagħna. Aqra aktar.
Aħna nafu sew kemm jistgħu jkunu importanti għalik l-annimali domestiċi tiegħek, allura għala ma teħodhomx miegħek meta tmur għal vaganza?
Għandek tliet għażliet biex iġġorr l-annimal domestiku tiegħek fuq it-titjiriet skedati tal-Air Malta:
Inti ġenitur? Aħna ngħinuk iġġorr l-apparat għat-tfal tiegħek sabiex ikollhom vjaġġ komdu u rilassanti. Dan jinkludi buggies li jingħalqu, li jistgħu jintużaw sakemm tasal sat-taraġ tal-ajruplan, fejn imbagħad dawn jinżammu fl-istiva u jingħataw lura lilek malli tasal fid-destinazzjoni tiegħek.
Jekk għandek siġġu riservat għat-tarbija tiegħek (iżgħar minn sentejn), aħna nirrakkomandawlek li ġġib miegħek is-siġġu tas-sigurtà tat-tarbija tiegħek. Minħabba r-regolamenti tas-sigurtà, jekk jogħġbok ibgħat email lit-tim ta' impjegati tagħna li jieħdu ħsieb il-passiġġieri mill-inqas 24 siegħa qabel it-tluq skedat tiegħek sabiex tikkonferma li t-tip ta' siġġu li għandek jista' jittella' abbord.
Ir-regolamenti tas-sigurtà jvarjaw skont il-pajjiż li tkun ser titlaq minnu. Jekk għandek bżonn tieħu ikel speċjali miegħek abbord, jekk jogħġbok ikkuntattja liċ-ċentru telefoniku tagħna għall-għajnuna.
● Tipprattika xi sport? Aħna għandna offerta separata għall-bagalja tiegħek. Żur il-paġna relatata mal-apparat sportiv sabiex issir taf xi trid tagħmel.
● Japplikaw ukoll regoli speċjali għal-likwidi li ġġorr fil-bagalja tal-idejn tiegħek. Tgħallem aktar dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-bagalji.
● Żur is-sezzjoni tal-għajnuna għal assistenza fl-użu tas-siġġijiet tar-roti u apparat ieħor ta' għajnuna għall-mobilità
Għal oġġetti li mhumiex inklużi fil-lista ta' hawn fuq u li tixtieq iġġorr miegħek fil-kabina, bħal ilbiesi tat-tieġ, jista' jkun li jkollok bżonn tixtri siġġu żejjed. Aħna nissuġġerulek tikkuntattjana sabiex nagħtuk struzzjonijiet speċifiċi.
Għas-sigurtà tiegħek u tal-passiġġieri l-oħrajn li jkunu miegħek fuq l-ajruplan, huwa strettament ipprojbit li ttella' miegħek oġġetti bil-ponta, bix-xifer jaqta' jew spuntati u sustanzi splussivi, li jieħdu n-nar, kimiċi u tossiċi. Żur il-paġna tagħna dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-bagalji sabiex titgħallem aktar.
1 Tista' tibbukkja l-bagalja speċjali tiegħek billi tikkuntattja liċ-ċentru telefoniku tagħna. Sib id-dettalji ta' kuntatt hawnhekk.
2 Kun lest li tikkwota ismek, kunjomok u l-kodiċi ta' referenza tal-prenotazzjoni mill-biljett tiegħek (magħmul minn sitt ittri).
3 Aħna nirrakkomandaw lill-passiġġieri kollha tagħna biex jibbukkjaw il-bagalja speċjali mill-inqas 48 siegħa qabel it-tluq tat-titjira sabiex jevitaw iċ-ċans li jisfaw diżappuntati.
4 Kun żgur li l-prenotazzjoni tiegħek tiġi kkonfermata b'email qabel terħilha lejn l-ajruport.
5 Filwaqt li aħna nagħtu attenzjoni massima lill-oġġetti personali tiegħek, huwa rrakkomandat ħafna li tibbukkja polza tal-assigurazzjoni separata sabiex tkopri l-valur tal-bagalja speċjali tiegħek f'każ ta' telf jew ħsara.