Bagalji b'Piż Żejjed

Ixtri aktar Piż tal-Bagalja

Meta tivvjaġġa magħna ma jkollokx għaliex tinkwieta dwar il-piż li tkun qed iġġorr. Aħna mhux biss noffru limitu ġeneruż ta' piż li tista' ġġorr, iżda noffru wkoll prezzijiet mill-aqwa fuq piż żejjed. Jekk qed tippjana vjaġġ biex tagħmel xirja kbira, jew għandek bżonn iġġorr aktar affarijiet mis-soltu, jista' jkun li jkollok bżonn tixtri Vawċer għal Bagalja b'Piż Żejjed. Dan huwa perfett għal dawk li ma jafux jirreżistu x-xiri jew għal dawk li jkunu jridu jixtru rigali lill-persuni għal qalbhom biex ikunu jistgħu jaqsmu magħhom il-memorji tal-vjaġġ tagħhom meta jerġgħu lura f'pajjiżhom.
 

Minn Fejn u Meta Tista' Tixtrihom

Xtrajt ħafna affarijiet waqt il-btala tiegħek u ma tafx kif ser jirnexxielek tagħlaq il-bagalja? Ixtri wieħed mill-Vawċers tagħna għal Bagalja b'Piż Żejjed bi prezz konvenjenti biex tkun tista' tikkumpensa għad-differenza fuq il-limitu diġà ġeneruż li noffru fir-rigward tal-piż tal-bagalja.

Ftakar: Huwa dejjem rakkomandat li tixtri l-vawċers għal piż żejjed minn qabel, sabiex b'hekk tevita ċ-ċans li tisfa diżappuntat.
 

Kif taħdem din is-sistema?

Ixtri l-vawċers tiegħek bl-internet biex tieħu vantaġġ mir-rati orħos li huma esklussivi għall-internet.

1. Żur il-Paġna tax-Xiri tal-Piż Żejjed hawnhekk
2. Issottometti d-dettalji tiegħek, inkluż in-numru tat-titjira, id-destinazzjonijiet, id-dati u l-informazzjoni dwar il-ħlas
3. Għandek tirċievi email bil-vawċers tiegħek 
4. Ipprintja l-Vawċer tiegħek għal Bagalja b'Piż Żejjed u ppreżentah fiċ-check-in.

Ftakar li tista' tixtri l-Vawċers tiegħek għal Bagalja b'Piż Żejjed minn fuq l-internet sa 4 sigħat qabel it-tluq tat-titjira tiegħek. Inkella, tista' sempliċiment tippreżenta l-bagalja tiegħek b'piż żejjed għal verifika mill-persunal tagħna fl-ajruport u titlob wieħed mill-vawċers tagħna.
 

Bagalji b'Piż Żejjed bi Prezzijiet Irħas

Issa huwa affordabbli aktar minn qatt qabel li ġġorr bagalja b'piż żejjed fuq it-titjiriet tagħna grazzi għat-tariffi rħas li qegħdin noffru.

Ftakar: Vawċers għal Bagalja b’Piż Żejjed jinbiegħu f’numru ta’ biċċiet.

Ir-rati t’hawn taħt japplikaw għal xiri li jsir fl-ajruport qabel it-tluq:

Munita

Żid il-piż għall-biċċa ta’ bla ħlas

L-1 Biċċa Żejda – Mass. 23kg

L-1 Biċċa Żejda b’Toqol ta’ 23 sa 32kg

Biċċa Addizzjonali – Mass. 23kg 

Biċċa Addizzjonali b’Toqol ta’ 23 sa 32kg

Biċċiet Żejda fil- Business – Mass. 32kg 

EUR Go Light - n/a
Go Smart / Go Flex - 60
80 110   170 250  70
GBP Go Light - n/a
Go Smart / Go Flex - 50
70 95  150 215  60
CHF Go Light - n/a
Go Smart / Go Flex - 65
85 120   185 270  70
USD Go Light - n/a
Go Smart / Go Flex - 65
90 125   190 280  90

 

Ir-rati t’hawn taħt jgħoddu għal xiri li jsir bl-internet:

Munita

Żid il-piż għall-biċċa ta’ bla ħlas

L-1 Biċċa Żejda – Mass. 23kg

L-1 Biċċa Żejda b’Toqol ta’ 23 sa 32kg

Biċċa Addizzjonali – Mass. 23kg

Biċċa Addizzjonali b’Toqol ta’ 23 sa 32kg

Biċċiet Żejda fil- Business – Mass. 32kg  

EUR Go Light - n/a
Go Smart / Go Flex - 50
60 100 160 240 50
GBP Go Light - n/a
Go Smart / Go Flex - 45
50 85 145 210 40
CHF Go Light - n/a
Go Smart / Go Flex - 55
65 110  185  260  50
USD Go Light - n/a
Go Smart / Go Flex - 55
65 110  190  270  65

 

Aqra t-Termini u l-Kundizzjonijiet tal-Bagalji b'Piż Żejjed

     
 
     
 
1