Ġib l-apparat sportiv miegħek

Għall-vjaġġatur attiv

Il-gżejjer Maltin joffru destinazzjoni mill-aqwa għal dawk li jħobbu l-isport. Il-mixi fil-kampanja, it-tixbit mal-blat, iċ-ċikliżmu, l-iskijjar fuq l-ilma u ħafna aktar attivitajiet sportivi jistgħu jiġu esplorati ladarba tasal hemmhekk. 

Kemm jekk inti persuna li tipprattika l-isport b'mod professjonali jew jekk sempliċiment trid tipprova xi ħaġa li tagħtik aktar adrenalina, aħna pprijoritizzajna l-ħtiġijiet tiegħek u, għalhekk, qegħdin noffrulek offerti mill-aqwa fuq l-apparat sportiv tiegħek. Din li ġejja hija deskrizzjoni dettaljata ta' dak li aħna noffru lill-passiġġieri tagħna li għandhom l-isport għal qalbhom:

Tariffi fuq il-bagalji għall-vjaġġaturi sportivi

Oġġett wieħed. Tariffa waħda. Imnaqqsa għall-prenotazzjonijiet li jsiru bl-internet.

Id-delizzju li tgawdi l-isport favorit tiegħek barra minn pajjiżek ma għandux ikun għali jew diffiċli. Kien għalhekk li aħna ddeċidejna li nissimplifikaw it-tariffi tagħna fuq il-bagalji sportivi. Bi €40 biss għal kull oġġett għal kull titjira meta tibbukkja fuq il-websajt tagħna, aħna qegħdin nagħtuk is-setgħa li ssegwi l-passjoni li għandek u tgawdi l-vjaġġ tiegħek. 

Kif u meta għandek tibbukkja 

  • Ixtri l-vawċer għall-apparat sportiv tiegħek bl-internet minn hawnhekk 
  • Il-prenotazzjoni tista' ssir sa 4 sigħat qabel it-tluq tat-titjira

Disponibbli fuq l-oġġetti sportivi li ġejjin

It-tariffa msemmija fuq tapplika biss għall-apparat sportiv elenkat fil-lista li ġejja. Żomm f'moħħok li dawn l-oġġetti kollha għandhom jiġu rreġistrati separatament mill-bqija tal-oġġetti fil-bagalja billi jitqiegħdu fil-borża addattata għall-apparat sportiv. 

  • Apparat tal-isparar bil-qaws
  • Roti 
  • Il-blalen tal-bowling - massimu ta' erba' blalen flimkien maż-żraben
  • Apparat tal-krikit
  • Stikek tal-kroke
  • Affarijiet relatati mal-isport taż-żfin
  • Apparat tal-għadis taħt l-ilma
  • Apparat tal-fencing
  • Stikek tal-golf
  • Apparat tal-ħoki
  • Apparat tas-surfing bit-tajra
  • Apparat tal-ibburdjar
  • Apparat tal-iskijjar
  • Skis ta' fuq il-baħar
  • Apparat tal-futbol
  • Apparat tal-abseiling
  • Taghmir ta' tixbit mal-blat
  • Tagħmir tat-tennis

Ftakar. L-apparat tal-fencing u tal-isparar bil-qaws għandu jinħażen f'kontenitur iebes sabiex tiġi evitata l-ħsara, filwaqt li għandu jiġi rreġistrat u jittella' abbord mal-bagalja, mhux jinġarr bħala bagalja tal-idejn.

L-oġġetti kollha li jinġarru fil-bagalji u li mhumiex elenkati hawn fuq jiġu ċċarġjati skont it-tariffi normali applikabbli għall-bagalji żejda.

Aqra t-termini u l-kundizzjonijiet relatati mal-apparat sportiv

  • Kull vawċer huwa validu għal kull oġġett ta' apparat sportiv.
  • L-apparat sportiv għandu jiġi ppakkjat separatament.
  • Il-vawċer tal-bagalji żejda għandu jiġi ppreżentat waqt iċ-check-in.
  • Kull vawċer huwa validu għal vjaġġ f'direzzjoni waħda biss.
  • Il-piż massimu għal kull basket/bagalja ma għandux ikun ta' aktar minn 32 Kilo.
  • It-tariffa mħallsa mhijiex rifondibbli u mhijiex trasferibbli.
  • Il-vawċers jistgħu jinxtraw sa 4 sigħat qabel it-tluq.

Xi noti finali li għandek iżżomm f'moħħok

  1. It-tariffi u l-kondizzjonijiet japplikaw biss għat-titjiriet operati mill-Air Malta.
  2. Meta l-apparat sportiv jiġi rreġistrat fl-ajruport lejn l-aħħar destinazzjoni tiegħek fuq titjiriet ma' kumpaniji tal-ajru differenti, jiġifieri l-Air Malta u kumpanija tal-ajru oħra, f'ċerti każijiet jistgħu japplikaw ir-regoli tal-kumpanija tal-ajru l-oħra.
  3. Tinsiex tipprintja l-Vawċer tiegħek relatat mal-Bagalji Sportivi u tippreżentah fiċ-check-in. Il-vawċers jiswew €60 kull oġġett għal kull titjira jekk jinxtraw mill-ajruport.
  4. Jekk għandek bżonn tieħu miegħek oġġetti bħal strumenti mużikali jew affarijiet għat-trabi u t-tfal, dawn għandhom jiġu bbukkjati minn qabel. Żur il-kategorija dwar il-bagalji speċjali biex titgħallem aktar. 
  5. Jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja liċ-ċentru telefoniku internazzjonali tagħna.