Assistenza bis-Siġġijiet tar-Roti
Il-membri tal-ekwipaġġ tagħna ser ikollhom il-pjaċir li jilqgħuk fuq it-titjiriet tagħna bl-aħjar mod possibbli u jassistuk f'dak kollu li jkollok bżonn b'rabta man-nuqqas ta' mobbiltà. Madankollu, jekk tkun teħtieġ dan it-tip ta' assistenza speċjali, aħna nitolbu li jkun hemm passiġġier ieħor li jkun qiegħed jivvjaġġa miegħek. Dan jassigura li inti ssib għajnuna u sostenn fil-pront, filwaqt li ma tiġix kompromessa s-sigurtà tal-passiġġieri l-oħrajn f'każ ta' emerġenza.
Kif tibbukkja: Jekk teħtieġ siġġu tar-roti jew xi tip ta' għajnuna oħra għall-mobbiltà tiegħek, inti għandek tikkuntattja lit-taqsima tal-prenotazzjonijiet mill-inqas 48 siegħa qabel it-titjira tiegħek sabiex aħna nkunu nistgħu nagħmlu l-arranġamenti meħtieġa. Jistgħu jiġu bbukkjati sa massimu ta’ 2 biċċiet tagħmir ta’ mobbiltà għal kull persuna b’diżabbiltà jew persuna b’mobbiltà mnaqqsa.
Fl-Ajruport: Jekk tkun teħtieġ assistenza biex miċ-check-in tasal sal-ajruplan, l-MIA jipprovdi dan is-servizz mingħajr ħlas. Sabiex nagħmluha aktar faċli għalik biex tibbukkja s-servizz, inti tista' tissottometti l-applikazzjoni tiegħek sabiex tiġi pproċessata direttament ħalli tkun tista' tirċievi assistenza fl-ajruport, jew billi:
- Tikkuntattja liċ-ċentru telefoniku tagħna
- Iżżur l-uffiċċji tal-bejgħ tal-Air Malta
- Tikkuntattja lill-Aġent tal-Ivvjaġġar tiegħek.
Sabiex tgħinna nipprovdu servizz ta' livell aħjar, kun ċert li tinfurmana mill-inqas 48 siegħa qabel it-titjira tiegħek jekk tkun teħtieġ siġġu tar-roti jew assistenza speċjali oħra fl-ajruport.
Krozzi: Jekk tkun teħtieġ krozzi jew xi għajnuniet oħrajn għall-mobbiltà, inti ser tkun tista' ttellagħhom miegħek abbord mingħajr l-ebda ħlas żejjed. Ladarba ssib il-post riżervat għalik fuq l-ajruplan, il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina tagħna, li dejjem ikunu lesti biex jgħinuk, ikunu jistgħu jieħdu l-krozzi jew għajnuniet oħrajn sabiex jistivawhom għall-kumplament tat-titjira.