Ivvjaġġar għall-passiġġieri bi tqala
Il-kumdità u s-sigurtà tiegħek bħala omm li qiegħda tistenna tarbija huma importanti ħafna għalina. Hawnhekk tista' ssib xi regoli u linji gwida li daħħalna fis-seħħ biex inkunu ċerti li jkollok titjira pjaċevoli u ma tpoġġix saħħtek f'periklu. Għandek tkompli taqra hawn taħt biex tkun żgur li inti tassew ippreparata u lesta biex tivvjaġġa.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Sabiex tivvjaġġa magħna meta tkun tqila, aħna ser ikollna bżonn assigurazzjonijiet minn espert mediku dwar l-istat tas-saħħa tiegħek. Sabiex turina li tinsab fi stat ta' saħħa tajjeb biex tivvjaġġja għandek tikseb id-dokumentazzjoni xierqa u tippreżentaha fiċ-check-in. It-tip ta' dokumentazzjoni meħtieġa ser jiddependi fuq kemm tinsab fi stat avvanzat it-tqala tiegħek.
Inqas minn 28 ġimgħa ta' tqala: ser tkun tista' tivvjaġġa magħna mingħajr il-ħtieġa ta' ebda dokumentazzjoni.
Bejn 28 u 35 ġimgħa ta' tqala: ser ikollok bżonn tippreżenta ċertifikat mill-konsulent mediku tiegħek li jiddikjara li tinsab fi stat ta' saħħa tajjeb biżżejjed biex tivvjaġġa.
Minn 36 ġimgħa ta' tqala 'l quddiem: ser ikollok bżonn approvazzjoni maħruġa minn tabib tal-Air Malta stess. Ikkuntattja lid-Desk ta' Għajnuna Medika tagħna billi ċċempel fuq in-numru +356 2299929 jew billi tibgħat email, għal aktar informazzjoni.
Jekk jogħġbok innota li mhuwiex irrakkomandat li tivvjaġġa meta tkun tinsab fis-36 ġimgħa tat-tqala tiegħek jew fi stadju aktar avvanzat.
Trabi tat-twelid: Jekk it-tarbija tiegħek tkun għadha ma twelditx meta inti tkun qed tagħmel il-prenotazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok tinkludix it-tarbija fil-prenotazzjoni tiegħek f'dan il-punt. Ladarba t-tarbija titwieled, jekk jogħġbok ikkuntattja liċ-ċentru telefoniku tagħna sabiex taġġorna l-prenotazzjoni tiegħek u tinkludi t-tarbija tat-twelid fil-prenotazzjoni tiegħek.
L-ivvjaġġar bl-ajru mhuwiex irrakkomandat għal trabi tat-twelid fl-ewwel sebat ijiem wara t-twelid. Meta bilfors ikollok tivjaġġa fl-ewwel sebat ijiem jew f'każijiet ta' raġunijiet mediċi, ikollok bżonn awtorizzazzjoni kif maħruġa minn tabib tal-Air Malta stess. Int mitlub/a tikkuntattja lid-Desk ta' Għajnuna Medika tagħna billi ċċempel għal aktar informazzjoni.
Ser jinħareġ biljett għat-tarbija tat-twelid tiegħek u, għaldaqstant, ser ikollok tħallas in-noll applikabbli. It-trabi tat-twelid huma kklassifikati bħala trabi u ma jokkupawx siġġu fuq l-ajruplan. Tarbija tħallas 10% tan-noll tal-adulti. Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni dwar l-ivvjaġġar bi trabi u tfal.