This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Irridu ntejbu l-aċċessibbiltà tal-ivvjaġġar bl-ajru għall-passiġġieri bi ħtiġijiet mediċi bħal mobbiltà mnaqqsa. Għal din ir-raġuni, aħna ħloqna numru ta' linji gwida biex nassiguraw li dawn il-ħtiġijiet jiġu mifhuma u pprovduti b'livell xieraq ta' servizz.
Proċeduri tas-Saħħa: Għas-sigurtà ta' kulħadd, aħna nassiguraw li l-passiġġieri aċċettati abbord l-ajruplani tagħna jkunu fi stat ta' saħħa tajjeb biżżejjed biex jivvjaġġaw. Il-passiġġieri li jkunu qegħdin isofru minn ċerti kundizzjonijiet mediċi jridu jiksbu ċertifikat li jagħtihom permess jivvjaġġaw mingħand it-tabib tagħna. Inti tista' tikkuntattja lid-Desk ta' Għajnuna Medika tagħna billi ċċempel fuq in-numru +356 2299929 jew billi tibgħat email.
Assistenza għall-mobbiltà: Aħna nsegwu d-definizzjoni standard ta' passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa kif maħruġa mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej bil-għan li nassiguraw li inti tingħata sostenn kontinwu u livell ta' servizz xieraq għas-sitwazzjoni tiegħek. Dan jinkludi kwalunkwe passiġġier li jkun jeħtieġ:
Assistanza bis-siġġijiet tar-roti: Jekk inti jew passiġġier ieħor teħtieġu assistenza fl-użu tas-siġġu tar-roti, aħna nipprovdu għadd ta' servizzi. Sir af aktar minn hawnhekk.
Prenotazzjoni: Skont il-kundizzjoni medika inkwistjoni, jista' jkun li jkollok bżonn tħejji Formola b'Informazzjoni Medika (MEDIF) u tibgħatha qabel isir kwalunkwe arranġament tal-ivvjaġġar sabiex tkun tista' tiġi riveduta b'mod xieraq u approvata mill-Air Malta. Hemm ħlas applikabbli ta' €15 għal kull MEDIF.
Sostenn iddedikat: Aħna noffrulek attenzjoni fuq bażi individwali. Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar il-politiki għall-passiġġieri bi ħtiġijiet mediċi, kulma għandek tagħmel huwa li ċċempel lid-Desk ta' Għajnuna Medika tal-Air Malta fuq in-numru +35622999296.
Siringi mediċi: Sakemm ikollok fuqek riċetta medika valida, inti tista' ddaħħal miegħek fil-kabina siringi tal-eparina b'piż molekulari baxx u mimlijin minn qabel billi ġġorrhom fil-bagalja tal-idejn tiegħek.
Provvista tal-ossiġnu waqt it-titjira: Jekk il-kundizzjoni medika tiegħek teħtieġ li tirċievi ossiġnu waqt it-titjira, aħna ser inkunu nistgħu nakkomodawk.Madankollu aħna nistgħu nipprovdu biss provvista limitata ta’ ossiġnu abbord, allura jekk jogħġbok ikkuntattja lill- Medical Help Desk tagħna fuq tel : +356 22999296, jew ibgħat email lil [email protected]. Jekk jogħġbok kun af li l-ispejjeż biex nipprovdu ossiġnu supplimentari huwa ta’ 115 EUR għal kull settur u dan għandu jitħallas bil-quddiem.
Nirrakkomandaw li tikkuntattja lill-kumpanija tal-assigurazzjoni tas-saħħa jew lill-fornitur privat ta’ servizzi tas-saħħa tiegħek dwar il-possibbiltà ta’ rimbors ta’ dawn l-ispejjeż.