Aħna nagħmlu l-vjaġġ tiegħek possibbli

Assistenza speċjali, imfassla apposta għall-ħtiġijiet tiegħek

Jekk tkun teħtieġ assistenza speċjali qabel jew waqt it-titjira tiegħek lejn l-ajruport tad-destinazzjoni tiegħek, aħna lesti li ngħinuk. F'din it-taqsima, ser issib kull informazzjoni importanti biex tkun tista' tivvjaġġa mingħajr problemi.

Jekk ma tkunx tista' ssib dak li tkun qed tfittex fil-paġni ta' hawn taħt, tiddejjaq xejn tikkuntattja lill-aġent tal-ivvjaġġar tiegħek jew lill-Air Malta direttament fuq in-numru +356 21662211

Passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa - Teħtieġ xi assistenza sabiex titla' abbord l-ajruplan jew biex iġġorr is-siġġu tar-roti? Żur din il-paġna biex issir taf aktar dwar x'nistgħu noffrulek.

Passiġġieri bi ħtiġijiet mediċi  - Jekk trid iġġorr miegħek xi apparat speċjali jew xi mediċini, kun ċert li tkun taf dwar l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tivvjaġġa. 

Passiġġieri bi tqalaSir af aktar dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà għan-nisa li qegħdin jistennew tarbija fuq it-titjiriet tagħna.

Ġarr ta' Klieb Gwida Il-passiġġieri li jeħtieġu l-għajnuna ta' klieb gwida huma milqugħa fuq it-titjiriet tagħna. Sir af aktar hawnhekk.