This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Jekk il-vjaġġ tal-passiġġier ikun jinvolvi destinazzjoni aħħarija jew waqfa f'pajjiż għajr il-pajjiż tat-tluq, jistgħu japplikaw il-Konvenzjoni ta' Varsavja jew il-Konvenzjoni ta' Montreal u dawn il-Konvenzjonijiet jirregolaw u jistgħu jillimitaw ir-responsabbiltà tal-linji tal-ajru għall-mewt jew il-korriment fiżiku u fir-rigward tat-telf jew ħsara fil-bagalji. Ħafna linji tal-ajru neħħew il-limiti tal-Konvenzjoni ta' Varsavja għall-mewt jew korriment fiżiku. Aktar informazzjoni tista' tinkseb mingħand il-linja tal-ajru. Ara wkoll l-avviżi bit-titlu “Avviż lill-Passiġġieri Internazzjonali dwar il-Limitazzjoni tar-Responsabbiltà” u “Avviż ta' Limitazzjonijiet tar-Responsabbiltà għall-Bagalji”. Jekk il-vjaġġ ikun kollu fil-Gżejjer Maltin, tapplika l-liġi domestika Maltija, li tipprovdi għal limitazzjonijiet tar-responsabbiltà simili.
Avviż ta' Taxxi, Tariffi u Ħlasijiet Imposti mill-Gvern
Il-prezz ta' dan il-biljett jista' jinkludi taxxi, tariffi u ħlasijiet, li jkunu imposti fuq it-trasport bl-ajru mill-awtoritajiet tal-gvern. Dawn it-taxxi, tariffi u ħlasijiet, li jistgħu jirrappreżentaw porzjon sinifikanti tal-prezz tal-vjaġġ bl-ajru, ikunu jew inklużi fin-noll, jew murija separatament fil-kaxxa(i) “TAXXA/TARIFFA/ĦLAS” ta' dan il-biljett. Tista' tkun meħtieġ ukoll tħallas taxxi, tariffi u ħlasijiet li ma jkunux diġà nġabru.
Imbark Mhux Permess Minħabba Buking Żejjed
F'dawk il-pajjiż fejn ikun hemm fis-seħħ regolamenti dwar Kumpens għal Imbark Mhux Permess, il-linji tal-ajru joperaw skemi ta' kumpens għal passiġġieri li jkollhom bukings ikkonfermati iżda li ma jitħallewx jimbarkaw minħabba n-nuqqas ta' disponibbiltà ta' siġġijiet minħabba buking żejjed. Id-dettalji ta' dawn il-pjanijiet huma disponibbli fl-uffiċċji tal-linji tal-ajru.
Sabiex inaqqsu l-effett ta' “passiġġieri li ma jitfaċċawx” u sabiex jippermettu li s-siġġijiet jintużaw minn passiġġieri li altrimenti ma jkunux jistgħu jivvjaġġaw fuq titjira magħżula, il-linji tal-ajru jistgħu jieħdu bukings għat-titjiriet aktar milli jkun hemm siġġijiet disponibbli.
Filwaqt li l-linji tal-ajru jagħmlu kull sforz sabiex jipprovdu s-siġġijiet li għalihom ikun hemm bukings ikkonfermati, id-disponibbiltà tas-siġġijiet mhijiex iggarantita b'mod assolut.
Kundizzjonijiet tal-Kuntratt
Avviż lill-Passiġġieri Internazzjonali dwar il-Limitazzjoni tar-Responsabbiltà
Il-passiġġieri fuq vjaġġ li jinvolvi destinazzjoni finali jew waqfa f'pajjiż li ma jkunx il-pajjiż tal-oriġini huma avżati li d-dispożizzjonijiet ta' trattat magħruf bħala l-Konvenzjoni ta' Varsavja jistgħu japplikaw għall-vjaġġ sħiħ, inkluża kwalunkwe parti li ssir kompletament fil-pajjiż tal-oriġini jew tad-destinazzjoni. Għal dawk il-passiġġieri fuq vjaġġ lejn, minn, jew b'post maqbul ta' waqfa fl-Istati Uniti tal-Amerika, il-Konvenzjoni u kuntratti speċjali ta' ġarr inkorporati fit-tariffi applikabbli jopprovdu li r-responsabbiltà ta' ċerti trasportaturi li huma partijiet f'tali kuntratti speċjali, għall-mewt jew il-korriment personali tal-passiġġieri fil-biċċa l-kbira tal-każijiet hija limitata għal danni ppruvati li ma jaqbżux US$75,000 għal kull passiġġier, u li din ir-responsabbiltà sa tali limitu m'għandhiex tiddependi fuq in-negliġenza min-naħa tat-Trasportatur. Għall-passiġġieri li jkunu qegħdin jivvjaġġaw ma' Trasportatur li mhuwiex parti f'tali kuntratti speċjali jew li jkunu fuq vjaġġ li ma jkunx lejn, minn, jew li jkollu post maqbul ta' waqfa fl-Istati Uniti tal-Amerika, ir-responsabbiltà tat-trasportatur għall-mewt jew il-korriment personali ta' passiġġieri hija limitata fil-biċċa l-kbira tal-każijiet għal madwar US$10,000 jew US$20,000.
L-ismijiet tat-Trasportaturi, li huma partijiet f'tali kuntratti speċjali, huma disponibbli fl-uffiċċji kollha tal-biljetti ta' dawn it-Trasportaturi u jistgħu jiġu eżaminati meta jintalab. Ġeneralment tista' tinkiseb protezzjoni addizzjonali billi wieħed jixtri assigurazzjoni mingħand kumpanija privata. Tali assigurazzjoni ma hija affettwata mill-ebda limitazzjoni tar-responsabbiltà tat-Trasportatur skont il-Konvenzjoni ta' Varsavja jew tali kuntratti tal-ġarr speċjali.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-linja tal-ajru jew rappreżentant tal-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek.
*Nota: Il-limitu ta' responsabbiltà ta' US$75,000 imsemmi hawn fuq jinkludi t-tariffi u l-ispejjeż legali ħlief li fil-każ ta' klejm li ssir fi Stat fejn ikun hemm proviżjon għall-għoti separat tat-tariffi u l-ispejjeż legali, il-limitu għandu jkun is-somma ta' US$58,000 li ma tinkludix it-tariffi u l-ispejjeż legali.
Avviż ta' Limitazzjonijiet tar-Responsabbiltà għall-Bagalji
Ir-responsabbiltà għat-telf, dewmien, jew ħsara fil-bagalji hija limitata sakemm ma jiġix iddikjarat valur ogħla minn qabel u jitħallsu tariffi addizzjonali. Għall-biċċa l-kbira tal-vjaġġi Internazzjonali (inklużi l-porzjonijiet domestiċi ta' vjaġġi internazzjonali), il-limitu tar-responsabbiltà huwa bejn wieħed u ieħor US$9.07 għal kull libbra (US$20.00 għal kull kilo) għall-bagalji ċċekkjati u US$400.00 kull passiġġier għall-bagalji mhux iċċekkjati. Għal vjaġġi kompletament bejn punti fl-Istati Uniti, ir-regoli Federali jitolbu li kwalunkwe limitu fuq ir-responsabbiltà tal-linja tal-ajru għall-bagalji tiġi stabbilita mill-anqas għal US$1,250.00 għal kull passiġġier. Tista' tiġi ddikjarata stima żejda fuq ċerti tipi ta' oġġetti. Xi trasportaturi ma jassumu l-ebda responsabbiltà għal oġġetti fraġli, prezzjużi jew li jistgħu jintilfu. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mingħand it-trasportatur.
Limiti tar-Responsabbiltà
Il-limiti applikabbli tar-responsabbiltà għall-vjaġġ tiegħek, fuq titjira operata mill-Air Malta huma kif ġej:
Jekk il-vjaġġ tiegħek jinvolvi wkoll ġarr b'linji tal-ajru oħra, inti għandek tikkuntattjahom għal informazzjoni dwar il-limiti tar-responsabbiltà.
Dan l-avviż jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Regolament tal-Komunità Ewropea (KE) Nru 889/2002.