This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
F'dawn it-Termini u Kundizzjonijiet: "Inti", "Tiegħek" u “Inti nnifsek” ifissru inti l-utent ta' dan is-sit elettroniku li trid tixtri jew xtrajt vawċer ta' piż ta' bagalji żejda permezz ta' dan is-sit elettroniku. “Air Malta” tfisser Air Malta p.l.c (kumpanija rreġistrata f'Malta bin-numru tar-reġistrazzjoni C-2685) bl-indirizz: Head Office, Aviation Park, Luqa LQA 9023, Malta.
1. Il-vawċer ta’ piż ta' bagalji żejda jinxtara għat-titjira li l-passiġġier ikun ibbukkjat fuqha. Il-vawċer ta' piż ta' bagalji żejda qiegħed jinxtara speċifikament minnek sabiex tużah inti fuq it-titjira u fid-data indikata minnek f'din il-formola online għall-vawċers ta' piż ta' bagalji żejda. Il-vawċer ta' piż ta' bagalji żejda huwa validu biss biex tużah inti fuq it-titjira u fid-data indikata fil-vawċer ta' piż ta' bagalji żejda.
2. Il-vawċer ta' piż ta' bagalji żejda jiġi rimborżat f'każ li l-Air Malta ma tonorax xi impenn kuntrattwali stabbilit fil-vawċer ta' piż ta' bagalji żejda (inkluż in-nuqqas tal-Air Malta li topera t-titjira li għaliha jkun il-vawċer ta' piż ta' bagalji żejda); bil-kundizzjoni li, tali nuqqas mill-Air Malta li tonora kwalunkwe impenn kuntrattwali simili ma jkunx ikkawżat minnek innifsek.
3. L-Air Malta toffri x-xiri ta’ piż tal-bagalji żejjed fil-kunċett ta’ biċċa waħda. Inti tista’ tieħu l-aqwa rati jekk tixtri piż tal-bagalji żejjed bl-internet mis-sit tal-Air Malta qabel tirreġistra t-titjira tiegħek, jew inkella tista’ sempliċement tiġi bil-bagalja b’piż żejjed tiegħek mal-bank taċ-check-in u tħallas rati ogħla.
4. Importanti li tippreżenta l-vawċer tal-piż ta' bagalji żejda waqt iċ-check-in fl-ajruport minħabba li l-vawċer ta' piż ta' bagalji żejda huwa l-uniku mezz li għandha l-Air Malta biex tivverifika x-xirja tiegħek online minn dan is-sit. Jekk ma tippreżentax il-vawċer ta' piż ta' bagalji żejda waqt iċ-check-in, l-Air Malta ma jkollhiex għażla oħra ħlief li żżommlok ir-rata applikabbli għax-xiri ta' piż ta' bagalji żejda mill-ajruport, sakemm fiċ-check-in ma tippreżentax xi dokument ieħor suffiċjenti u raġonevoli li jista' jagħti prova tax-xirja tiegħek online.
5. Dawn it-Termini u Kundizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt statutorju applikabbli tal-konsumatur.
6. Il-piż massimu għal kull bagalja li tinġarr mill-Air Malta ma jridx jaqbeż 32 Kilogramma.
7. Il-vawċers ta' piż ta' bagalji żejda jistgħu jinxtraw online minn dan is-sit elettroniku sa 4 sigħat qabel it-tluq tat-titjira tiegħek.
8. L-Air Malta tirriserva d-dritt li tvarja, timmodifika, tħassar jew iżżid ma' dawn it-Termini u Kundizzjonijiet fi kwalunkwe ħin u mingħajr avviż minn qabel. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tiffamiljarizza ruħek ma' dawn it-Termini u Kundizzjonijiet sabiex tassigura li tkun taf bi kwalunkwe tibdil. Kwalunkwe tibdil f'dawn it-Termini u Kundizzjonijiet mhux se jaffettwa t-termini u kundizzjonijiet tal-vawċer ta' piż ta' bagalji żejda li tkun xtrajt diġà.
9. L-Air Malta tirriserva d-dritt li tbiddel ir-rati/prezzijiet għall-piż ta' bagalji żejda li jinxtara online u/jew ir-rati/prezzijiet għall-piż ta' bagalji żejda li jinxtara mill-ajruport, fi kwalunkwe ħin u mingħajr avviż minn qabel. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tiffamiljarizza ruħek ma' dawn ir-rati sabiex tassigura li tkun taf bi kwalunkwe tibdil. Kwalunkwe tibdil f'dawn ir-rati/prezzijiet mhux se jaffettwa l-vawċer ta' piż ta' bagalji żejda li tkun xtrajt diġà.
Tipi ta’ Bagalji | Mixtrija Online | Mixtrija mill-ajruport | Sarraf il-KMiles * |
---|---|---|---|
Sa bagalja ta’ 23kg |
€ 40
|
€ 60
|
4000
|
Aġġornament ta’ bagalja minn 23kg għal 32kg |
€ 40
|
€ 60
|
4000
|
Bagalja ta’ 32kg |
€ 70
|
€ 90
|
7000
|
Minn żmien għal żmien, l-Airmalta tirriżerva d-dritt li żżid jew tnaqqas il-prezzijiet tal-bagalji.Il-prezzijiet murija hawn fuq huma indikattivi.
*Il-Bagalji jistgħu jinxtraw ukoll billi ssarraf il-KMiles mill-inqas 3 ijiem qabel il-vjaġġ tiegħek. Ikkuntattja lil Flypass fuq +356 2599 1239 jew [email protected].
10. Dawn it-Termini u Kundizzjonijiet għandhom ikunu regolati, mifhuma, infurzati u interpretati skont il-Liġijiet ta' Malta. Kwalunkwe tilwima, kontroversja u/jew pretensjoni li tirriżulta minn jew b'rabta ma' dawn it-Termini u Kundizzjonijiet għandha tkun soġġetta esklussivament għall-ġurisdizzjoni tal-Qrati ta' Malta.
11. Il-bagalji kollha jinġarru soġġett għall-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Ġarr tal-Air Malta. Il-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Ġarr tal-Air Malta huma parti integrali minn dawn it-Termini u Kundizzjonijiet u l-aċċettazzjoni ta' dawn it-Termini u Kundizzjonijiet min-naħa tiegħek timplika l-aċċettazzjoni tal-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Ġarr tal-Air Malta.
12. It-termini u l-kundizzjonijiet dwar l-użu tas-sit elettroniku huma parti integrali minn dawn it-Termini u Kundizzjonijiet u l-aċċettazzjoni ta' dawn it-Termini u Kundizzjonijiet min-naħa tiegħek timplika l-aċċettazzjoni tat-Termini u l-Kundizzjonijiet dwar l-Użu tas-Sit Elettroniku tal-Air Malta.
13. Jekk xi parti minn dawn it-Termini u Kundizzjonijiet tiġi stabbilita li mhijiex valida jew mhux infurzabbli skont il-liġi applikabbli, f'dak il-każ id-dispożizzjoni mhux valida jew mhux infurzabbli titqies bħala sostitwita b'dispożizzjoni valida u infurzabbli li tkun taqbel bl-iżjed b'mod possibbli mal-ħsieb tad-dispożizzjoni oriġinali u l-bqija ta' dawn it-Termini u Kundizzjonijiet jibqgħu fis-seħħ.
Nirrakkomandaw li tistampa dawn it-Termini u Kundizzjonijiet għar-rekords tiegħek.
Dawn it-Termini u Kundizzjonijiet ġew modifikati l-aħħar fil-10/08/2015.