This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Hemm xi drabi fejn ma nistax nuża l-apparat elettroniku tiegħi?
Taħt ċerti ċirkostanzi, l-Ekwipaġġ tat-Titjira jew tal-Kabina jista’ jitolbok titfi l-PEDs kollha. Dan jista’ jseħħ waqt inżul awtomatiku, tlugħ f’viżibbiltà ħażina jew inżul waqt sitwazzjoni ta’ emerġenza.
Nista’ nuża l-kuffji?
Il-kuffji personali jistgħu jintużaw f’kull fażi tat-titjira. Madankollu, nitolbuk tneħħi l-kuffji tiegħek waqt l-ispjegazzjoni dwar is-sigurtà. Għal raġunijiet ta’ sigurtà. il-klijenti li jkunu bilqiegħda f’waħda mir-ringieli tal-ħruġ ta’ emerġenza mgħandhomx jużaw kuffji waqt is-sewqan, it-tlugħ u l-inżul tal-ajruplan.
Għandi ninforma lill-ekwipaġġ tal-kabina meta …
… passiġġier jinnota li l-apparat tiegħu jkun qed jisħon iżżejjed. F’dan il-każ, il-PED għandu jintefa minnufih u jiġi infurmat membru tal-ekwipaġġ.
Jekk tixtieq aktar tagħrif, jekk jogħġbok irreferi għat-tabella li ġejja u li tinkludi lista ta’ PEDs li jistgħu jintużaw abbord it-titjiriet tal-Air Malta skont il-fażi tat-titjira. Jekk jogħġbok toqgħodx lura milli tkellem lil xi membru tal-ekwipaġġ tal-kabina jekk ikollok aktar mistoqsijiet
Fażi | PED’s li jinżammu fl-idejn (eż. smart phones u tablets) | PED’s akbar (eż. laptops u notebooks) | Kuffji | Funzjoni ta’ Wi-fi, Bluetooth, Kitba u Telefonati |
Tlugħ abbord | IVA | IVA | IVA | IVA |
Dewmien estiż fuq l-art (fuq istruzzjonijiet tal-Ekwipaġġ tat-Titjira jew tal-Ekwipaġġ tal-Kabina) | IVA | IVA | IVA | IVA |
Sewqan għat-Tlugħ tal-ajruplan | IVA | LE | IVA | LE |
Waqt il-wirja tal-Ispjegazzjoni dwar is-Sigurtà | IVA | LE | LE | LE |
Tlugħ | IVA | LE | IVA | LE |
Titjira | IVA | IVA | IVA | LE |
Madwar 10 minuti qabel l-inżul (PA tal-Ekwipaġġ tal-Kabina) | IVA | LE | IVA | LE |
Inżul | IVA | LE | IVA | LE |
Sewqan għall-ipparkjar tal-ajruplan | IVA | LE | IVA | IVA |