This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Jekk jogħġbok innota li l-bagalji tiegħek jistgħu juru sinjali ta' xedd u kedd b'riżultat tal-immaniġġar tal-bagalji. Għaldaqstant inti rakkomandat li tuża bagalji li jkunu ta' kwalità u saħħa xierqa sabiex ikunu jifilħu għal tali proċessi ta' mmaniġġar tal-bagalji.
L-Air Malta ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għal xedd u kedd ikkawżat fil-bagalji, li jinkludi, iżda li mhuwiex limitat għal qasmiet żgħar, brix, tbajja' u għafsiet jew ħsara f'oġġetti ħerġin 'il barra mill-bagalji bħal mankijiet, roti, tikketti u ċineg. Barra minn hekk, l-Air Malta ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għal ħsara kkawżata f'bagalji li jkunu ppakkjati żżejjed. F'ċirkustanzi bħal dawn m'għandu jsir l-ebda rapport ta' ħsara.
Ir-responsabbiltà tal-Air Malta għad-dewmien, telf jew ħsara fil-bagalji tista' tkun limitata minn konvenzjonijiet internazzjonali sakemm ma jiġix iddikjarat valur ogħla minn qabel u jitħallsu miżati addizzjonali.