This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Billi jipparteċipa fil-Programm Marittimu u Offshore, il-membru jaqbel mat-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin li huma kostruwiti skont il-Liġi Maltija.
1. Il-Programm Marittimu u Offshore tal-Air Malta huwa miftuħ għas-sħubija għal kwalunkwe persuna minn 18-il sena 'l fuq li jkollu relazzjoni ta' impjieg ma' Kumpanija relatata mal-Baħar.
2. L-ammissjoni bħala membru fil-Programm Marittimu u Offshore hija biss fid-diskrezzjoni tal-Maniġer tal-Air Malta responsabbli mill-Programm.
3. Kumpaniji jew entitajiet legali oħra ma jistgħux jiġu rreġistrati bħala membri.
5. Tista' tiġi rreġistrata persuna waħda biss f'kull kont Marittimu u Offshore. Is-sħubija hija strettament personali. F'każ ta' abbuż, is-sħubija fil-programm Marittimu u Offshore tiġi kkanċellata b'mod immedjat.
6. M'hemm l-ebda dritt legali għal sħubija fil-programm Marittimu u Offshore.
7. Il-konċessjonijiet u s-servizzi li jintitolaw lill-utent li jitlob is-servizzi pprovduti mill-programm Marittimu u Offshore ma jistgħux jiġu trasferiti f'kontijiet oħra: Mhux se jingħataw konċessjonijiet retroattivi għal titjiriet li jkunu saru qabel ir-reġistrazzjoni. Il-konċessjonijiet u s-servizzi ma jistgħux jiġu trasferiti, mhumiex negozjabbli u ma jistgħux jissarrfu fi flus kontanti.
8. Is-sħubija fil-programm waħedha ma tintitolax lill-membru għall-konċessjonijiet u s-servizzi. Il-konċessjonijiet u s-servizzi jingħataw biss jekk id-dikjarazzjonijiet applikabbli jkunu inseriti fuq il-biljett validu tal-ivvjaġġar.
9. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, is-sħubija hija valida għal perjodu ta' 12-il xahar jew sakemm ma tiġix itterminata qabel skont dawn it-Termini u Kundizzjonijiet.
10. Is-sħubija tintemm meta r-relazzjoni ta' impjieg imsemmija f'sezzjoni jew kundizzjonijiet oħra għas-sħubija ma jibgħux japplikaw, jekk mhux qabel.
11. L-Air Malta tista' tibdel fi kwalunkwe ħin dawn it-Termini u Kundizzjonijiet, bi jew mingħajr avviż lill-membru. F'każ ta' terminazzjoni tal-programm, l-Air Malta se tagħmel sforz raġonevoli biex tavża lill-membri minn qabel. L-Air Malta ma tkun responsabbli għall-ebda telf jew dannu li jirriżulta minn tali terminazzjoni jew bidla.
12. Bl-applikazzjoni tagħhom għas-sħubija, il-persuni kkonċernati jawtorizzaw lill-Air Malta li tuża kwalunkwe informazzjoni maħżuna relatata mas-sħubija tagħhom għal skopijiet ta' promozzjoni u komunikazzjoni.