This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
X’inhuma Cookies?
Cookies huma fajls ta’ test li fihom ammonti żgħar ta’ informazzjoni li jitniżżlu fuq l-apparat tiegħek meta inti żżur sit web. Il-Cookies u mbagħad jintbagħtu lis-sit web oriġinarju ma’ kull żjara sussegwenti, jew lil sit web ieħor li jirrikonoxxi dik il-cookie. Il-Cookies huma utli għaliex jippermettu lil sit web jagħraf l-apparat li tkun qed tuża u jipprovdulek esperjenza tas-sit web aħjar.
Il-Cookies jagħmlu ħafna affarijiet differenti, bħal li jħalluk tinnaviga bejn il-paġni b’mod effiċjenti, jiftakru l-preferenzi tiegħek u b’mod ġenerali jtejbu l-esperjenza għall-utent tiegħek. Huma jistgħu wkoll jgħinu biex jiġi żgurat li r-reklami li tara online ikunu aktar rilevanti għalik u għall-interessi tiegħek. Il-Cookies, fihom infushom, ma jidentifikawx lill-utent individwali, iżda sempliċiment il-kompjuter jew l-apparat mobbli li tkun qed tuża permezz ta’ marka ta’ identifikazzjoni ġġenerata b’mod aleatorju.
Kif l-Air Malta tuża l-Cookies
Sabiex jagħmel użu sħiħ minn airmalta.com, il-kompjuter, it-tablet jew it-telefown ċellulari tiegħek se jkollu jaċċetta l-Cookies. L-Air Malta tagħmel użu mill-Cookies biex tagħtik esperjenza aħjar. Pereżempju, l-Air Malta tuża l-Cookies għar-raġunijiet li ġejjin:
Kif tikkontrolla jew ma tużax il-Cookies
Tista’ tħassar il-Cookies kollha li diġà għandek fuq il-kompjuter tiegħek u tista’ tirrifjuta milli taċċetta l-Cookies billi tattiva s-setting fuq il-brawżer tiegħek li tippermettilek tirrifjuta s-setting tal-Cookies. Madankollu, jekk tagħżel din is-setting, jaf ma tkunx tista’ taċċessa xi partijiet mis-servizzi tagħna. Dejjem jekk ma tkunx aġġustajt is-setting tal-brawżer tiegħek biex dan jiffirfjuta l-Cookies, is-sistema tagħna se toħroġ Cookies meta tilloggja fis-servizzi tagħna. Dan sakemm il-cookies li għandhom jinħarġu ma jkunux jeħtieġu l-kunsens infurmat tiegħek.
Jekk tiddeċiedi li ma tħallix lil airmalta.com bħala “sit fdat”, jekk jogħġbok kun af li mhux se tkun tista’ tuża s-sit, u li biex tipproċedi bil-buking tat-titjira tiegħek, jenħtieġ li ċċempel liċ-ċentru telefoniku tagħna.
Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-Cookies fuq: