This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
L-informazzjoni f'dan is-sit ġiet ippreparata biss għall-iskop li tipprovdi informazzjoni dwar l-AIR MALTA, is-sussidjarji u l-imsieħba tagħha u s-servizzi li joffru. L-informazzjoni ppreżentata hawnhekk ġiet ikkompilata mill-AIR MALTA minn sorsi interni u esterni. Madankollu, mhi qiegħda ssir l-ebda dikjarazzjoni u lanqas ma hija qiegħda tingħata xi garanzija dwar il-kompletezza jew il-preċiżjoni ta' din l-informazzjoni. B'mod partikolari, għandek tkun taf li din l-informazzjoni tista' ma tkunx kompluta, jista' jkun fiha żbalji jew jista' jkun li skadiet. Għalhekk inti għandek tivverifika l-informazzjoni miksuba minn dan is-sit qabel ma taġixxi dwarha, billi tikkuntattja lill-uffiċċju lokali tiegħek tal-AIR MALTA, lis-sieħeb kummerċjali tal-AIR MALTA kkonċernat jew aġent tal-ivvjaġġar, kif applikabbli. AIR MALTA ma għandha tkun responsabbli għall-ebda ħsarat jew dannu li jirriżulta mill-aċċess tiegħek għal, jew in-nuqqas ta' abilità tiegħek li taċċessa dan is-sit tal-internet, jew mill-fiduċja tiegħek fi kwalunkwe informazzjoni mogħtija f'dan is-sit. Din il-pubblikazzjoni hija pprovduta "kif inhi" mingħajr l-ebda garanzija jew terminu implikat ta' kwalunkwe tip, sew espliċitu kif ukoll implikat, li jinkludi iżda li mhuwiex limitat għal kwalunkwe garanzija implikata jew termini implikati ta' bejgħ fis-suq, adegwatezza għal għan partikolari jew nuqqas ta' ksur. It-termini u l-garanziji kollha ta' dan it-tip huma b'dan esklużi. Billi tidħol f'dan is-sit, inti taqbel li l-AIR MALTA mhi se tkun responsabbli għall-ebda telf dirett jew indirett li jirriżulta mill-użu tal-informazzjoni kontenuta f'dan is-sit. Il-ġarr tal-passiġġieri u l-bagalji bl-ajru huwa soġġett għall-Kundizzjonijiet tal-Ġarr u r-regolamenti tal-linja tal-ajru kkonċernata. Jekk jogħġbok ikklikkja biex tara l-Kundizzjonijiet Ġenerali tal-AIR MALTA għall-Ġarr ta' Passiġġieri u Bagalji. Speċjalment fil-każ ta' ġarr bi ħlas ta' nollijiet jew rati speċjali (imnaqqsa), japplikaw ukoll Kundizzjonijiet ta' ġarr speċjali. Jekk il-linja tal-ajru li topera t-titjira tiegħek ma tkunx l-AIR MALTA, jekk jogħġbok ikkuntattja lil dik il-linja tal-ajru għal aktar dettalji dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ġarr tagħhom. It-test sħiħ ta' kull terminu inkorporat applikabbli jista' jiġi spezzjonat f'kull wieħed mill-postijiet ġol-ajruporti jew f'uffiċċji oħra tal-bejgħ u servizzi tal-konsumaturi tal-AIR MALTA u jintbagħatlek mal-ewwel talba.