This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Japplikaw ir-regoli li ġejjin:
Meta l-Air Malta tistenna raġonevolment li titjira se tiddewwem aktar mill-ħin skedat tat-tluq:
L-Air Malta toffrilek bla ħlas:
Meta l-ħin tat-tluq mistenni raġonevolment huwa tal-inqas l-għada tal-ħin tat-tluq imħabbar qabel, barra l-assistenza msemmija hawn fuq, l-Air Malta toffrilek:
Meta d-dewmien huwa tal-inqas ħames sigħat u int tiddeċiedi li ma tivvjaġġax fuq it-titjira mdewma, flimkien mal-ikliet u l-assistenza tal-komunikazzjoni msemmija hawn fuq, l-Air Malta toffrilek: rimborż fi żmien sebat ijiem (fi flus kontanti, permezz ta’ trasferiment bankarju elettroniku, ordnijiet tal-bank jew ċekkijiet tal-bank jew, bi ftehim iffirmat tiegħek, f’vawċers tal-ivvjaġġar u/jew servizzi oħrajn) tan-nefqa totali tal-biljett tiegħek, bil-prezz li nxtara, għall-parti jew il-partijiet tal-vjaġġ li ma sarux, u għall-parti jew il-partijiet tal-vjaġġ li diġà saru jekk it-titjira m’għadhiex isservi skop b’relazzjoni mal-pjan oriġinali tiegħek tal-ivvjaġġar, flimkien ma’, fejn rilevanti, titjira tar-ritorn sal-ewwel punt tat-tluq, mal-ewwel opportunità.
Meta d-dewmien jeċċedi tliet sigħat (ħlief meta l-Air Malta tista’ tagħti prova li d-dewmien huwa kkawżat minn ċirkostanzi straordinarji li ma setgħux jiġu evitati lanqas li kieku ttieħdet kull miżura raġonevoli) inti intitolat/a għal kumpens skont kif ġej:
a) EUR 250 għat-titjiriet kollha ta’ 1500 kilometru jew inqas;
b) EUR 400 għat-titjiriet kollha intrakomunitarji ta’ aktar minn 1500 kilometru u għat-titjiriet l-oħra kollha bejn 1500 u 3500 kilometru;
c) EUR 600 għat-titjiriet kollha li ma jaqgħux taħt (a) jew (b) ta’ dan il-paragrafu.
L-Air Malta toffrilek l-assistenza msemmija hawn fuq fi żmien il-limiti ta’ żmien stipulati fil-paragrafi (a)-(c) hawn fuq fir-rigward ta’ kull medda ta’ distanza.
L-assistenza msemmija hawn fuq tapplika mingħajr preġudizzju għad-drittijiet kollha li jista’ jkollok skont il-liġi applikabbli (inkluża d-Direttiva UE 90/314 dwar il-vjaġġi kollox kompriż) għal kumpens ulterjuri, għalkemm tali assistenza mogħtija tista’ titnaqqas minn kwalunkwe tali kumpens ulterjuri.
Dan l-Avviż huwa meħtieġ mir-Regolament KE 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Il-lista tad-dettalji ta’ kuntatt tal-korp nazzjonali maħtur għall-infurzar tar-Regolament tinsab hawn annessa.