Applikabbiltà

Japplikaw ir-regoli li ġejjin:

  • fir-rigward ta’ titjiriet li jitilqu minn ajruport fl-UE, u titjiriet operati minn trasportatur bl-ajru tal-Komunità li jitilqu minn ajruport f’pajjiż terz lejn ajruport fl-UE (sakemm ma rċevejtx benefiċċji jew kumpens u ma ġejtx mogħti assistenza f’dak il-pajjiż terz);
  • bil-kundizzjoni li għandek buking konfermat fuq it-titjira kkonċernata u tippreżenta ruħek għar-reġistrazzjoni kif stipulat u fil-ħin indikat bil-quddiem u bil-miktub jew b’mod elettroniku, jew, jekk ebda ħin mhu indikat, mhux aktar tard minn 45 minuta qabel il-ħin ippubblikat tat-tluq;
  • biss għal passiġġieri li jivvjaġġaw b’noll disponibbli direttament jew indirettament għall-pubbliku, jew fuq biljetti maħruġa taħt programm ta’ frequent flyer jew programm kummerċjali ieħor;
  • fejn l-Air Malta hija t-trasportatur li jopera t-titjira.

Regoli għal Kumpens u Assistenza

Imbark mhux permess huwa rifjut minn linja tal-ajru biex tittrasporta passiġġier fuq titjira, anke għalkemm il-passiġġier ippreżenta ruħu għall-imbark skont il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq taħt l-intestatura Applikabbiltà, għajr meta hemm raġunijiet raġonevoli għaliex l-imbark mhux permess, bħal raġunijiet ta’ saħħa, sikurezza, sigurtà jew dokumenti tal-ivvjaġġar mhux adegwati.
Qabel ma l-Air Malta ma tagħtix permess għall-imbark fuq titjira aħna nagħmlu sejħa għal voluntiera biex iċedu l-postijiet tagħhom, u minflok dawn jingħataw benefiċċji b’kundizzjonijiet li jridu jiġu miftiehma, kif ukoll assistenza kif spjegat fil-paragrafu I hawn taħt kif xieraq. 
Jekk għadd żgħir ta’ voluntiera joffru posthom, u l-Air Malta tirrifjutak l-imbark kontra r-rieda tiegħek, aħna immedjatament nagħtuk kumpens ta’:

  1. EUR 250 għat-titjiriet kollha ta’ 1 500 kilometru jew anqas;
  2. EUR 400 għat-titjiriet kollha intra-Komunitarji ta’ aktar minn 1 500 kilometru, u għat-titjiriet l-oħra kollha bejn 1 500 u    3 500 kilometru;
  3. EUR 600 għat-titjiriet kollha li ma jaqawx taħt (a) jew (b) ta’ dan il-paragrafu.

Meta tkun offrut rrottar mill-ġdid sad-destinazzjoni finali tiegħek fuq titjira alternattiva kif spjegat hawn taħt fil-paragrafu I.(b) jew (c), u l-ħin tal-wasla tat-titjira rottata mill-ġdid ma jaqbiżx il-ħin skedat tal-wasla tat-titjira riżervata oriġinarjament: (a) b’sagħtejn, fir-rigward tat-titjiriet kollha ta’ 1 500 kilometru jew anqas; jew (b) bi tliet sigħat, fir-rigward tat-titjiriet kollha intra-Komunitarji ta’ aktar minn 1 500 kilometru u għat-titjiriet l-oħra kollha bejn 1 500 u 3 500 kilometru; jew (c) b’erba’ sigħat, fir-rigward tat-titjiriet kollha li ma jaqawx taħt (a) jew (b) ta’ dan il-paragrafu, l-Air Malta tista’ tnaqqas il-kumpens imsemmi hawn fuq b’50%.
Sabiex tkun ikkalkulata d-distanza, il-bażi tkun l-aħħar destinazzjoni fejn ir-rifjut għall-imbark se jdewwem il-wasla tiegħek wara l-ħin skedat. Id-distanzi jitkejlu bil-metodu tar-rotta taċ-ċirku l-kbir.
Barra dan, l-Air Malta toffrilek dan li ġej 
I. Għażla bejn:

  1. rimborż fi żmien sebat ijiem (fi flus kontanti, permezz ta’ trasferiment bankarju elettroniku, ordnijiet tal-bank jew ċekkijiet tal-bank jew, bi ftehim iffirmat tiegħek, f’vawċers tal-ivvjaġġar u/jew servizzi oħrajn) tan-nefqa totali tal-biljett tiegħek, bil-prezz li nxtara, għall-parti jew il-partijiet tal-vjaġġ li ma sarux, u għall-parti jew il-partijiet tal-vjaġġ li diġà saru jekk it-titjira m’għadhiex isservi skop b’relazzjoni mal-pjan oriġinali tiegħek tal-ivvjaġġar, flimkien ma’ fejn rilevanti, titjira tar-ritorn sal-ewwel punt tat-tluq, mal-ewwel opportunità; jew
  2. irrottar mill-ġdid, f’kundizzjonijiet ta’ trasport simili, sad-destinazzjoni finali tiegħek, mal-ewwel opportunità; jew
  3. irrottar mill-ġdid, f’kundizzjonijiet ta’ trasport simili, sad-destinazzjoni finali tiegħek f’data aktar tard għall-konvenjenza tiegħek, suġġett li jkun hemm postijiet disponibbli.

II. U noffrulek, bla ħlas:

  1. ikliet u trattament raġonevoli skont il-ħin ta’ stennija;
  2. akkomodazzjoni f’lukanda f’każijiet
  • fejn tkun meħtieġa waqfa ta’ lejl wieħed jew aktar, jew
  • fejn tkun meħtieġa waqfa addizzjonali għal dik li int kont qed tistenna;
  • trasport bejn l-ajruport u l-post tal-akkomodazzjoni (lukanda jew post ieħor); u
  • żewġ telefonati, messaġġi b’telex jew bil-feks jew posta elettronika.

Sakemm int m’offrejtx volontarjament li ċċedi l-buking tiegħek, l-assistenza msemmija hawn fuq tapplika mingħajr preġudizzju għad-drittijiet kollha li jista’ jkollok skont il-liġi applikabbli (inkluża d-Direttiva UE 90/314 dwar il-vjaġġi kollox kompriż) għal kumpens ulterjuri, għalkemm tali assistenza mogħtija tista’ titnaqqas minn kwalunkwe tali kumpens ulterjuri.

Dan l-Avviż huwa meħtieġ mir-Regolament KE 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.