Ottubru 6, 2021
Data: L-Egħrba, 6 ta’ Ottubru 2021
Ref: 041 - 2021 MT
L-Air Malta Vvutata Fost l-Aqwa Linji Reġjonali tal-Ajru fil-World Airline Awards
L-Air Malta ġiet ivvutata fit-tielet post fost l-“Aqwa Linja tal-Ajru Reġjonali fl-Ewropa” u fl-10 post fost l-“Aqwa Linja Reġjonali fid-Dinja” fi Skytrax World Airline Awards™ 2021. Il-linja tal-ajru Maltija ġiet ivvutata l-5 l-Aqwa Linja tal-Ajru fin-Nofsinhar tal-Ewropa.
Bħala riżultat ta’ din il-prestazzjoni pożittiva, l-Air Malta telgħet 7 postijiet u issa tinsab fit-80 post minn fost it-350 linja tal-ajru inklużi fir-riżultati tal-istħarriġ.
Skytrax awards huma l-parametru referenzjarju globali tal-eċċellenza tal-linji tal-ajru u l-għodda primarja tal-parametraġġ għal-livelli ta’ sodisfazzjon tal-passiġġieri tal-linji tal-ajru madwar id-dinja kollha.
Huwa u jikkummenta fuq dawn ir-riżultati, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Air Malta, David G. Curmi qal, “Hija ħaġa mill-isbaħ li tara dawn il-kisbiet pożittivi f’dan l-ambjent ta’ sfida. Riżultati bħal dawn jagħtuna l-fiduċja li ninsabu fit-triq it-tajba biex intejbu l-esperjenza tal-klijenti tagħna kemm abbord it-titjiriet tagħna kif ukoll fuq l-art. Nixtieq nirringrazzja lill-impjegati kollha li kkontribuxxew b’mod pożittiv għal dawn ir-riżultati u li qed jaħdmu bla heda b’mod speċjali matul dawn iż-żminijiet ta’ sfida.”
L-istħarriġ sar online bejn Settembru 2019 u Lulju 2021 bi 13.42 miljun entrata eleġibbli fuq suġġetti differenti. L-istħarriġ kopra s -servizz sħiħ tal-linji tal-ajru tradizzjonali u low-cost filwaqt li kejjel standards fuq 68 indikatur tal-prestazzjoni prinċipali tal-prodott u servizz tal-front-line tal-linji tal-ajru. Fl-istħarriġ ipparteċipaw aktar minn 100 nazzjonalità differenti u kienu koperti linji tal-ajru minn madwar id-dinja, mill-ikbar linji tal-ajru internazzjonali għal linji ta l-ajru żgħar.
Aktar informazzjoni dwar dawn il-premjijiet hija disponibbli fuq: worldairlineawards.com.
-tmiem-