L-Air Malta tospita lill-Papa Franġisku

April 1, 2022

Data: It-Tnejn, 04 ta’ April 2022

Ref: 014-2022 MT

L-Air Malta tospita lill-Papa Franġisku

L-Air Malta kienet onorata li ospitat abbord lill-Papa Franġisku lbieraħ wara nofs-in nhar fuq titjira lejn Ruma wara żjara pastorali ta’ jumejn filGżejjer Maltin.

L-ajruplan magħżul għat-titjira, bir-reġistrazzjoni 9H-NED, huwa l-aħħar ajruplan tat-tip Airbus A320neo li ngħaqad mal-flotta tal-linja tal-ajru. Lajruplan kien ikkonfigurat apposta għall-okkażjoni bi tliet kabini: is-Suite Papali fuq quddiem, kabina tan-nofs għall-Prelati tal-Knisja u d-dinjitarji l-oħra li jakkumpanjaw lill-Papa, u kabina ta’ wara għar-rappreżentanti tal-midja li segwew iż-żjara tal-Papa f’Malta.

Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Air Malta, David G Curmi, kien fuq it-titjira speċjali sabiex jakkumpanja lill-Papa lura Ruma.

It-titjira bin-numru KM4282 kienet operata mill-Kaptan Peter Mifsud, ilKaptan Frank Xerri u l-Kaptan Karen Sant. L-Inflight Cabin Manager Louiselle Cauchi ħadet ħsieb il-kabini assistiti minn Evan Cutajar, Michelle Gatt, Mary Mifsud, Yanika Debono, Glorianne Mifsud u Yvette Mercieca.

In-numru tat-titjira KM4282 intgħażel fid-dawl tar-referenza fl-‘Atti talAppostli’, kapitlu 28 vers 2, lill-Malta u l-ospitalità straordinarja li wrew ilMaltin wara li San Pawl kien nawfraġ fuq il-gżejjer fis-sena 60 wara Kristu.

Din hija r-raba’ darba li l-Air Malta ġiet onorata bil-privileġġ li tospita’ Papa abbord. Il-Papa Ġwanni Pawlu II vvjaġġa darbtejn fuq il-Linja talAjru fis-27 ta’ Mejju 1990 u għal darb’oħra fid-9 ta’ Mejju 2001. Il-Papa Benedittu XVI ukoll tar fuq l-Air Malta fit-18 ta’ April 2010 wara żjara pastorali ta’ jumejn fil-Gżejjer.

-tmiem-

1