L-Air Malta Tniedi Long Weekend ta’ Promozzjonijiet

Novembru 26, 2021

Data: Il-Ġimgħa, 26 ta’ Novembru 2021

Ref: 048-2021 MT

L-Air Malta Tniedi Long Weekend ta’ Promozzjonijiet

• Offerti ta’ Black Friday u Cyber Monday

L-Air Malta qed tiċċelebra Black Friday u Cyber Monday bit-tnedija ta’ sett ta’ promozzjonijiet għal long weekend bi skont sa 32% fuq għażla ta’ nollijiet. L-aħbar it-tajba hija li l-offerti huma disponibbli sa 11:59pm ta’ nhar it-Tnejn 29 ta’ Novembru.

L-iskont japplika fuq titjiriet għal/minn Amsterdam, Berlin, Brussell, Catania, Dusseldorf, Frankfurt, London Gatwick, London Heathrow, Lyon, Milan Linate, Munich, Paris Charles De Gaulle, Paris Orly, Ruma, Vjenna u Zurich għal vjaġġi mill-1 ta’ Diċembru 2021 sal-31 ta’ Marzu 2022.

L-iskont huwa validu mill-mezzi kollha ta’ distribuzzjoni nkluż is-sit web tal-Air Malta airmalta.com, iċ-ċentru telefoniku tal-linja tal-ajru u l-aġenti tal-ivvjaġġar. Il-postijiet huma soġġetti għad-disponibilità u l-iskont ma japplikax għal ċerti ġranet tal-ivvjaġġar. Termini u kundizzjonijiet jistgħu japplikaw.

Għal aktar informazzjoni, żur airmalta.com, facebook.com/AirMalta, jew ċempel liċ-ċentru telefoniku tal-linja tal-ajru fuq +356 21662211 jew lil kwalunkwe aġent tal-ivvjaġġar.

-tmiem-

1