KM 514 Malta għal Vjenna 17 Ta’ Novembru

Novembru 17, 2022

Data:  17 ta’ Novembru 2022

Ref:     030-2022 MT

KM 514 Malta għal Vjenna 17 Ta’ Novembru

 

Air Malta tista’ tikkonferma li t-titjira KM514 skedata minn Malta għal Vjenna fis-17 ta’ Novembru 2022, li kienet qed iġġorr 170 passiġġier u 7 membri tal-ekwipaġġ abbord l-Airbus A320–214 irritornat lejn Malta ftit wara t-tlugħ minħabba raġunijiet tekniċi.

 

Il-passiġġieri kollha u l-ekwipaġġ kollu niżlu mill-ajruplan b’mod sikur ftit wara l-inżul fit-8:07 ħin lokali fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

 

Il-klijenti se jiġu pprovduti b’akkomodazzjoni f’lukanda matul il-jum kif ukoll b’ titjira oħra lejn Vjenna (Il-ħin jiġi kkonfermat aktar tard). Klijenti bbukkjati fuq KM515 minn Vjenna għal Malta se jiġu pprovduti wkoll b’akkomodazzjoni f’lukanda u b’titjira oħra (Il-ħin jiġi kkonfermat aktar tard)

 

L-Air Malta tpoġġi s-sigurtà bħala l-ogħla prijorità tagħha. Il-linja tal-ajru tagħti l-akbar importanza lis-sigurtà u lill-benesseri tal-klijenti u tal-ekwipaġġ tagħha u tiskuża ruħha għal dan it-tfixkil ikkawżat minn ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tagħha

-tmiem-

1