Id-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija – Il-Pożizzjoni tal-Air Malta

Awwissu 3, 2022

Date: L-Erbgħa, 3 t’Awwissu 2022

Ref: 027-2022 MT

Id-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija – Il-Pożizzjoni tal-Air Malta

 

 

Il-Kummissjoni Ewropea, fost l-oħrajn, qed tipproponi l-introduzzjoni ta’ taxxa progressiva fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni fornut fl-UE għal titjiriet intraUE li se tibda minn rata minima ta’ 0% fl-2023 li tiżdied gradwalment b’10% fis-sena biex tilħaq 100% fuq perjodu ta’ 10 snin.

 

Min-naħa l-oħra, il-Fjuwils tal-Avjazzjoni Sostenibbli (SAFs) jibbenefikaw minn rata ta’ taxxa żero biex jiġi promoss l-użu tagħhom fl-ewwel 10 snin. It-tassazzjoni tal-fjuwil għat-titjiriet tal-merkanzija hija fakultattiva u lIstati Membri fil-kuntest tal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru jistgħu jestendu t-tassazzjoni għal titjiriet mhux tal-UE.

 

Peress li t-tassazzjoni taqa’ taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, din ilproposta tiddependi mill-approvazzjoni unanima tal-Istati Membri kollha tal-Kunsill. Il-proposta tittratta oqsma oħra minbarra t-tassazzjoni talavjazzjoni. Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin fil-livell tal-Kunsill u huma mistennija li jiżdiedu fid-dawl tad-dħul fis-seħħ mistenni, minn Jannar 2023, tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva.

 

Globalment, il-fjuwil tal-avjazzjoni użat fit-trasport internazzjonali bl-ajru gawda eżenzjoni mill-impożizzjoni ta’ tassazzjoni minħabba lesponiment li s-settur għandu għal xokkijiet esterni. Il-pandemija talCOVID hija biss eżempju wieħed ta’ xokkijiet esterni bħal dawn.

 

L-Air Malta hija impenjata li ma jkollhiex aktar emissjonijiet tal-karbonju mill-operat tagħha sal-2050. Dan l-impenn huwa konformi ma’ wegħda mill-industrija globali tal-avjazzjoni biex it-trasport bl-ajru jsir konformi mal-objettivi tal-ftehim ta’ Pariġi biex it-tisħin globali jiġi llimitat għal 1.5°C.

 

L-Air Malta bdiet it-tiġdid tal-flotta tagħha fl-2018, billi biddlet minn Airbus A320ceo antiki għal A320neo aktar ekoloġiċi, u sal-2024, il-flotta kollha se tikkonsisti minn ajruplani tal-istess tip, l-A320neo. Bl-użu tal-ajruplani l-ġodda effiċjenti fl-użu tal-enerġija, l-Air Malta se tnaqqas b’mod sinifikanti l-konsum tal-fjuwil, l-emissjonijiet tas-CO2 u l-impronta talistorbju u għalhekk se tkun f’pożizzjoni tajba biex tkun mexxejja fittnaqqis tat-tibdil fil-klima kkawżat mill-bniedem u biex tilħaq il-miri tagħha ta’ sostenibbiltà.

 

Madankollu, l-Air Malta tirrakkomanda ħafna li l-fjuwil tal-avjazzjoni għandu jibqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar itTassazzjoni fuq l-Enerġija. Il-proposta eżistenti, jekk tiġi approvata, se żżid il-prezz tal-fjuwil tal-lum b’madwar 90% sal-2033.

 

L-Air Malta topera lejn u minn Malta, li hija gżira żgħira ta’ Stat Membru fil-periferija tal-UE, li tiddependi mit-trasport bl-ajru għall-moviment liberu tan-nies tagħħa lejn il-bqija tal-UE. Taxxa fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni mhijiex se tirriżulta f’bidla għal mod ieħor tat-trasport iżda se jkollha biss impatt negattiv fuq il-koeżjoni ekonomika u soċjali tal-Gżejjer Maltin filwaqt li tiżola lill-Gżejjer. Bħala pajjiż periferali li jiddependi ħafna mitturiżmu, l-impożizzjoni ta’ taxxa fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni se twassal biex effettivament id-destinazzjoni ta’ Malta titlef it-turiżmu għal destinazzjonijiet ġirien oħra barra mill-UE. Mill-ispejjeż preliminari huwa ċar li l-Iżlanda, Ċipru u Malta se jkunu l-aktar affettwati.

 

It-tassazzjoni tal-fjuwil tal-avjazzjoni tkun miżura addizzjonali f’approċċ b’diversi livelli fl-istabbiliment ta’ prezz fuq il-karbonju għal-linji tal-ajru tal-UE, minbarra l-EU ETS u l-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis talKarbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA). Id-diffikultà li tiġi introdotta taxxa globalment kienet ir-raġuni għaliex l-EU ETS ġiet introdotta f’livell reġjonali segwita mill-CORSIA fuq livell internazzjonali. L-Air Malta tappoġġa lill-CORSIA bħala miżura globali għall-avjazzjoni internazzjonali kollha. Il-ħolqien ta’ miżuri nazzjonali u reġjonali b’diversi livelli mhux koordinati u li jikkoinċidu jista’ jdgħajjef il-kooperazzjoni internazzjonali u jista’ jwassal biex l-istess emissjonijiet jitħallsu għal aktar minn darba.

 

Il-proposta se timponi t-taxxa fuq il-fjuwil fuq it-titjiriet intra-UE biss u se twassal għal distorsjoni serja tal-kompetizzjoni fost il-linji tal-ajru li jaqdu s-suq intra-UE biss, dawk li jservu taħlita tas-suq intra-UE u tal-UE għassuq barra mill-UE, u dawk li jservu lill-UE għas-suq barra mill-UE biss.

 

Dawk li l-aktar se jintlaqtu huma l-linji tal-ajru reġjonali, bħall-Air Malta, li jipprovdu l-konnettività kritika mill-periferiji, mir-reġjuni ultraperiferiċi, mill-gżejjer, u mill-Istati Membri gżejjer żgħar lejn l-Ewropa kontinentali fejn jingħaqdu ma’ ċentri akbar biex jippermettu lill-passiġġieri jilħqu ddestinazzjoni tagħhom jew jikkollegaw mal-bqija tad-dinja. L-ispejjeż żejda se jkollhom effett anċillari fuq l-ekonomiji ta’ dawn it-territorji li jiddependu ħafna mit-trasport bl-ajru għall-konnettività tagħhom. Linji talajru bħall-Air Malta li joperaw titjiriet intra-UE biss se jbatu minn distorsjoni serja tal-kompetizzjoni minħabba li linji tal-ajru oħra mhux se jiġu intaxxati bl-istess mod. Kwalunkwe diskrezzjoni ta’ Stat Membru li jimponi t-taxxa fuq it-titjiriet barra mill-UE hija mblokkata minn ftehimiet eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru li jeżentaw it-tassazzjoni fil-kuntest talleġiżlazzjoni internazzjonali dwar l-avjazzjoni. Id-dekarbonizzazzjoni talindustrija tal-avjazzjoni tirrikjedi li l-istess regoli japplikaw għat-titjiriet kollha li jitilqu minn ajruporti Ewropej, irrispettivament mid-destinazzjoni tagħhom.

 

L-Air Malta hija tal-fehma li t-tassazzjoni mhijiex it-tweġiba għassostenibbiltà tal-avjazzjoni u d-dipendenza fuq it-tassazzjoni peress li ssoluzzjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni fil-pakkett tal-UE “Fit for 55” hija kontroproduttiva għall-għan ta’ avjazzjoni sostenibbli - taxxa sempliċiment se tieħu fondi tant meħtieġa mill-industrija li jistgħu jappoġġaw investimenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fit-tiġdid tal-flotta, teknoloġiji nodfa u t-tranżizzjoni lejn l-SAFs.

 

Minflok taxxa fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni, l-UE għandha tiffoka fuq inċentivi għall-produzzjoni tal-SAFs li jnaqqsu l-emissjonijiet b’sa 80% meta mqabbla mal-fjuwil tradizzjonali tal-avjazzjoni. Provvista insuffiċjenti u lispejjeż għoljin attwali tal-SAFs se jwasslu għal adozzjoni limitata tal-linji tal-ajru. It-tranżizzjonijiet tal-enerġija jirnexxu meta l-inċentivi talproduzzjoni jnaqqsu l-prezz tal-fjuwils alternattivi filwaqt li jgħollu lprovvisti. Il-proposta tal-UE “Fit for 55” ma tinkludix miżuri diretti dwar kif l-SAF isir orħos. Il-fatt li l-SAF isir orħos se jaċċellera t-tranżizzjoni talenerġija tal-avjazzjoni u jtejjeb il-kompetittività tal-Ewropa bħala ekonomija ekoloġika. It-tassazzjoni se teqred l-impjiegi filwaqt li linċentivazzjoni tal-produzzjoni tal-SAF se ttejjeb l-indipendenza enerġetika u toħloq impjiegi sostenibbli.

 

Il-kisba tad-dekarbonizzazzjoni tal-avjazzjoni tirrikjedi taħlita ta’ miżuri implimentati b’mod effettiv u ċertament mhux tassazzjoni. Minbarra lmiżuri bbażati fuq is-suq għall-ġestjoni tal-emissjonijiet sakemm jiġu żviluppati bis-sħiħ is-soluzzjonijiet teknoloġiċi, eż., il-CORSIA, u ż-żieda fl-użu tal-SAFs, l-Ewropa għandha tfittex li tnaqqas l-emissjonijiet mhux meħtieġa mill-ġestjoni frammentata tat-traffiku tal-ajru. Ilmodernizzazzjoni effettiva tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tal-Ewropa, permezz tal-Ajru Uniku Ewropew, tista’ tnaqqas l-emissjonijiet talavjazzjoni tal-Ewropa b’minn 6% sa 10%.

 

L-objettiv tal-Ewropa u tal-industrija tal-avjazzjoni fuq terminu qasir għandu jkun li jiġi pprovdut trasport bl-ajru sostenibbli u għall-but ta’ kulħadd għaċ-ċittadini Ewropej kollha b’ajruplani mħaddma bl-SAF li joperaw fi ħdan ġestjoni effiċjenti tat-traffiku tal-ajru. It-tassazzjoni fuq ilfjuwil tal-avjazzjoni mhux se tikseb dan.

 

-tmiem-

1