This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Fuq it-titjiriet tal-Air Malta, il-Minuri Mhux Akkumpanjati (UM) huma tfal ta' bejn is-7 snin u l-11-il sena (li għadhom ma għalqux it-12-il sena) li ma jkunux akkumpanjati minn passiġġier kustodju li jkollu 16-il sena jew aktar. Is-servizz huwa fakultattiv għal dawk il-passiġġieri ta' 12-il sena jew aktar.
Jekk jogħġbok innota: il-persuna adulta li takkumpanja lill-persuna minuri fl-ajruport tat-tluq għandha tibqa' fl-ajruport sakemm jitlaq l-ajruplan. F'każ ta' dewmien twil, il-persuna minuri mhux akkumpanjata għandha tiġi rritornata lill-persuna adulta tkun qiegħda tieħu ħsiebha sakemm isir il-ħin meta t-titjira tkun lesta biex terġa' titlaq.
Aħna noffru 2 għażliet biex tibbukkja s-servizz. F'kull każ, trid tniżżel il-formola UM u tipprintjaha, u mbagħad:
1. Tiskannjaha u tibgħatha bl-email lil [email protected]
2. Tibgħatha bil-posta fuq dan l-indirizz:
Centrecom
Unit F11
Level 2, Mosta Technopark
Mosta, MST 3000
Malta
Ir-responsabbiltajiet tagħna: Aħna nagħtu l-akbar importanza lis-sigurtà tat-tfal tiegħek, u nimpenjaw ruħna bis-sħiħ għas-sigurtà tal-persuni għal qalbek meta jkunu qegħdin jivvjaġġaw weħidhom, minn dak il-ħin li l-iskorta tat-tluq tafdalna r-responsabbiltà tat-tfal tiegħek f'idejna fl-ajurport tat-tluq sakemm it-tfal jingħataw lill-iskorta awtorizzata mal-wasla fl-ajruport tad-destinazzjoni.
Ħlasijiet: Meta tibbukkja t-titjira tiegħek, inti tkun trid tħallas tariffa mhux rifondibbli u mhux trasferibbli ta' €70 għal kull persuna minuri mhux akkumpanjata għal kull parti mit-titjira. In-nollijiet b'offerta speċjali mhumiex applikabbli għall-persuni minuri mhux akkumpanjati.
Imbarkazzjoni: Għall-proċedura ta' imbarkazzjoni, aħna nipprovdu servizz ta' "Iltaqa' u Assisti" għal tfal mhux akkumpanjati. Wieħed mill-uffiċjali tagħna ser ikun preżenti biex jakkumpanja lit-tifel jew tifla permezz ta' formalitajiet ta' kontroll tal-passaporti u tas-sigurtà. Fis-sala tat-tluq, aħna nkomplu nieħdu ħsieb lit-tfal sakemm dawn jiġu skortati sal-inġenju tal-ajru u jiġu fdati taħt ir-responsabbiltà tal-Kap tal-Kabina.
Fuq it-Titjira: Matul it-titjira, il-membri tal-ekwipaġġ tagħna ser jassiguraw il-benesseri tat-tifel jew tifla tiegħek u joffru assistenza kif ikun meħtieġ b'ikliet u xarbiet matul it-titjira, kif ukoll jassiguraw li dawn ikunu kemm jista' jkun komdi. Il-membri tal-ekwipaġġ tagħna ser jassiguraw ukoll li t-tfal ikunu mlibbsin sew u li qabel jinżlu minn fuq l-ajruplan jiġbru l-proprjetà personali kollha tagħhom.
Wasla: Mal-wasla fid-destinazzjoni, il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira maħtur (ġeneralment il-Kap tal-Kabina) jagħti t-tifel jew tifla f'idejn l-uffiċjal tal-Air Malta li jkun qiegħed jistenna, li mbagħad għandu jassistihom fil-ġbir tal-bagalji u fil-formalitajiet tal-ajruport, id-dwana u l-immigrazzjoni, jekk dan ikun meħtieġ. It-tfal imbagħad jingħataw personalment f'idejn il-kustodju adult li jkun qiegħed jistenna, li min-naħa tiegħu jkollu jiffirma rċevuta.
Avviż importanti għall-passiġġieri li jitilqu lejn/mill-Italja: Is-servizz għal minuri mhux akkumpanjati huwa obbligatorju għall-passiġġieri minuri mhux akkumpanjati li jkollhom seba' snin iżda mhux aktar minn 14-il sena. Is-servizz mhuwiex obbligatorju għal kwalunkwe passiġġier ta' 14-il sena jew aktar.
Barra minn hekk, il-minuri mhux akkumpanjati b'passaporti Taljani li għadhom ma għalqux 14-il sena u li jkunu qegħdin jivvjaġġaw lejn/minn/fl-Italja, inkluża Sqallija, huma mitluba li jiksbu, minbarra l-politika tal-Air Malta dwar il-minuri mhux akkumpanjati, Dichiarazione Di Affido (Dikjarazzjoni ta' Kustodja), iffirmata miż-żewġ ġenituri/kustodji u awtorizzata mill-pulizija Taljana qabel it-tluq. Kopja ta' dan id-dokument tista' titniżżel minn hawnhekk.
Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq in-numru tat-telefon +356 21662211 .