Id-dokumenti li teħtieġ biex tivvjaġġa

Kun żgur li jkollok dak kollu li teħtieġ qabel titlaq

Bħall-kumpaniji tal-ajru l-oħrajn kollha, aħna jkollna bżonn nivverifikaw l-identità tiegħek fiċ-check-in. Sabiex ikollok esperjenza pjaċevoli waqt li titla' abbord l-ajruplan, huwa essenzjali li tiżgura li tkun lest biex tippreżenta l-karta tal-identità nazzjonali u/jew il-passaport tiegħek lill-uffiċjali fid-desk taċ-check-in.

Id-dokumenti li jkollok bżonn tippreżenta sabiex tidħol f'pajjiż partikolari jistgħu jinbidlu skont id-destinazzjoni tiegħek, għalhekk, kun żgur li tiċċekkja minn qabel mal-awtoritajiet adegwati.

Hawn taħt ser issib aktar tagħrif ġenerali rilevanti dwar ir-rekwiżiti tal-passaporti u l-viża u links għal websajts utli.

Jekk inti ċittadin tal-UE

Minn mindu ġew introdotti r-regoli tax-Schengen, ma għadx baqa' kontrolli tal-fruntieri bejn 22 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. L-uniċi eċċezzjonijiet huma l-Bulgarija, Ċipru, l-Irlanda, ir-Rumanija u r-Renju Unit.

Il-Passaport u l-Karta tal-Identità Nazzjonali

Jekk inti ċittadin ta', u ser tivvjaġġa bejn, wieħed mit-22 Stat Membru taż-żona Schengen fl-UE, xorta għandek iġġorr dawn id-dokumenti miegħek, minħabba li tista' tintalab tippreżentahom għal skopijiet ta' identifikazzjoni jew kontrolli tas-sigurtà.

Madankollu, inti dejjem għandek tippreżenta passaport validu jew karta tal-identità meta tivvjaġġa lejn wieħed mill-ħames pajjiżi li mhumiex membri fiż-żona Schengen u kull darba li tidħol fl-UE jew toħroġ minnha. Tista' tikseb aktar tagħrif minn fuq il-websajt tal-Kummissjoni tal-UE.

Tfal u Minuri

It-tfal li jivvjaġġaw miegħek għandu jkollhom il-passaport jew il-karta tal-identità tagħhom biex jivvjaġġaw.

Jekk mintix Ċittadin tal-UE

Passaport

Inti ser tintalab turi passaport validu fiċ-check-in, fil-punti ta' sigurtà, qabel titla' abbord titjira u mal-wasla fid-destinazzjoni tiegħek. Madankollu, l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera huma wkoll membri fiż-żona Schengen u josservaw dawn ir-regoli spjegati hawn fuq.

Viża / Permess ta' Residenza

Ir-rekwiżiti tal-viża biex tidħol f'pajjiż ivarjaw skont in-nazzjonalità u d-destinazzjoni tiegħek. Pereżempju, ir-Renju Unit u l-Irlanda għandhom regoli kemmxejn differenti dwar il-viża minn pajjiżi oħrajn tal-UE.

Tista' wkoll tapplika għal viża mill-konsulat jew l-ambaxxata tal-pajjiż li tkun ser iżżur. Barra minn hekk, jekk għandek permess ta' residenza minn pajjiż membru fiż-żona Schengen, dan jitqies bħala ekwivalenti għal dokument ta' Viża fiż-żona Schengen. Madankollu, sabiex iżżur pajjiżi li mhumiex membri fiż-żona Schengen, jista' jkollok bżonn Viża maħruġa minn dak il-pajjiż.

Sa minn April 2014, il-vjaġġaturi li jivvjaġġaw lejn it-Turkija issa ser ikollhom japplikaw għall-visa tad-dħul tagħhom permezz tal-internet qabel ma jivvjaġġaw, jew inkella jistgħu ma jitħallewx jidħlu. Il-passiġġiera issa ser ikunu meħtieġa jixtru l-visa tad-dħul tagħhom minn fuq il-websajt tal-Gvern Tork qabel ma jivvjaġġaw, peress li minn April 2014 mhux ser ikomplu jintużaw it-timbru jew il-visa li titwaħħal.

Iċ-ċittadini ta' ċerti pajjiżi, bħall-Istati Uniti u l-Ġappun, ma għandhomx bżonn viża biex iżuru l-UE għal tliet xhur jew inqas. B'kollox hemm 42 pajjiż li jibbenifikaw minn dawn ir-regoli. Tista' tara l-lista sħiħa hawnhekk.

Aqra aktar dwar ir-rekwiżiti tal-Viża għal ċittadini li mhumiex membri tal-UE.

Dokumenti tal-Assigurazzjoni

Kull meta tivvjaġġa barra l-pajjiż, huwa rrakkomandat ħafna li ġġorr miegħek id-dokumenti tas-saħħa, tas-sewqan jew tal-assigurazzjoni fuq l-ivvjaġġar.

Jekk ser tivvjaġġa lejn Malta

Għal tagħrif dettaljat dwar id-dokumenti meħtieġa biex tidħol fil-Gżejjer Maltin, żur il-paġna tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin f'Malta.

Dokumenti oħrajn

F'xi każijiet, passaport ma jkunx biżżejjed u l-uffiċjali jistgħu jitolbuk tippreżenta ‘prova tal-evidenza.’ Dawn id-dokumenti jistgħu jinkludu ittra ta' stedina, prova tal-akkomodazzjoni u l-liċenzja tas-sewqan. 

Nissuġġerulek iżżur din il-paġna tal-IATA għal tagħrif sħiħ dwar il-passaport u l-ivvjaġġar relatat direttament man-nazzjonalità, il-punt tal-oriġini u d-destinazzjoni tiegħek.