Sabiex issir membru tal-programm Marine u Offshore tal-Air Malta, inti għandek tissodisfa ċerti kundizzjonijiet, li huma elenkati hawn taħt.

Dokumenti u mezzi ta’ komunikazzjoni oħrajn tal-programm (eż. newsletters, aġġornamenti dwar il-kontijiet) għandhom jinkludu kundizzjonijiet oħrajn li jistgħu jiġu ppubblikati minn żmien għal żmien. Ladarba tiġi aċċettat bħala membru tal-programm Marine u Offshore, għandha tintbagħat ittra ta’ garanzija bil-letterhead uffiċjali kull meta ssir applikazzjoni għal biljett.

L-ittra għandha tinkludi d-dettalji tal-ivvjaġġar, in-numru tal-passaport, in-numru tal-ktieb tal-baħħara u l-pajjiż tal-ħruġ (dan japplika għall-baħħara biss), kif ukoll l-isem tal-bastiment/pjattaforma. L-applikanti għandhom ikunu lesti li jippreżentaw il-ktieb tal-baħħara, il-kuntratt tal-impjieg u l-ittra ta' garanzija waqt iċ-check-in fl-ajruport.

Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali

 

  1. Meta jipparteċipa fil-Programm Marine u Offshore, il-membru jkun qiegħed jaqbel mat-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin, imfasslin skont il-Liġi Maltija.
  2. Il-Programm Marine u Offshore tal-Air Malta huwa miftuħ għas-sħubija ta’ kwalunkwe persuna ’l fuq minn 18-il sena li hija impjegata ma’ kumpanija relatata ma' negozju marittimu.
  3. Id-dħul bħala membru fil-Programm Marine u Offshore huwa biss fid-diskrezzjoni tal-Maniġer tal-Programm responsabbli tal-Air Malta.
  4. Kumpaniji jew entitajiet legali oħrajn ma jistgħux jiġu rreġistrati bħala membri.
  5. Biex jipparteċipaw fil-Programm Marine u Offshore, il-passiġġieri għandhom jissottomettu formola ta’ applikazzjoni mimlija u ffirmata lill-Air Malta, li għandha tiġi rikonoxxuta, filwaqt li tindika l-aċċettazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet kif iddikjarat hawn.
  6. Persuna waħda biss tista'  tiġi rreġistrata għal kull kont Marine u Offshore. Is-sħubija hija strettament personali. Fil-każ ta’ użu ħażin, l-isħubija fil-Marine u Offshore tiġi kkanċellata immedjatament.
  7. Ma hemm ebda jedd legali għas-sħubija fil-programm Marine u Offshore.
  8. Il-konċessjonijiet u s-servizzi li jintitolaw lill-utent sabiex jitlob servizzi pprovduti mill-programm Marine u Offshore mhumiex trasferibbli lejn kontijiet oħrajn: Ma jingħatawx konċessjonijiet retroattivi għal titjiriet li jkunu ttieħdu qabel ir-reġistrazzjoni. Il-konċessjonijiet u s-servizzi mhumiex trasferibbli, mhumiex negozjabbli u ma jistgħux jissarrfu fi flus kontanti.
  9. Is-sħubija fil-programm weħidha ma tintitolax lill-membru għall-konċessjonijiet u s-servizzi. Il-konċessjonijiet u s-servizzi jingħataw biss jekk l-approvazzjonijiet applikabbli jiddaħħlu fuq il-biljett validu tal-ivvjaġġar.
  10. Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, is-sħubija hija valida għal perjodu ta' 12-il xahar jew sakemm ma tiġix itterminata qabel skont dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet.
  11. Is-sħubija tiskadi meta r-relazzjoni ta’ impjieg imsemmija fit-taqsima 2 jew prekundizzjonijiet oħrajn għas-sħubija ma jibqgħux applikabbli, jekk ma tiskadix qabel. 
  12. Dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet jistgħu jinbidlu fi kwalunkwe ħin mill-Air Malta, bi jew mingħajr notifika lill-membru. Fil-każ ta’ terminazzjoni tal-programm, l-Air Malta ser tagħmel kull sforz raġonevoli sabiex tinnotifika lill-membri minn qabel. L-Air Malta mhijiex responsabbli għal kwalunkwe telf jew dannu li jirriżulta minn tali terminazzjoni jew tibdil.
  13. Meta japplikaw għal sħubija, l-individwi jkunu qegħdin jawtorizzaw lill-Air Malta biex tuża kwalunkwe dejta maħżuna relatata mas-sħubija tagħhom għall-finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jew komunikazzjoni tagħha.

Ikklikkja hawn biex tmur lura lejn il-paġna Ivvjaġġar Marine u Offshore.