Bħala membri fil-programm Marine u Offshore tal-Air Malta, l-impjegati involuti f'xogħol Marittimu u Offshore jistgħu jgawdu minn diversi benefiċċji attraenti.

Il-Kumpaniji u l-Aġenziji kollha li joperaw fl-industrija Marittima li huma interessati li jkollhom Ftehim Korporattiv huma mistiedna jikkuntattjaw lill-uffiċċju tal-Ivvjaġġar Marittimu permezz ta' e-mail.

Il-Membri fil-Programm Marine u Offshore tal-Air Malta sejrin jibbenifikaw minn Tariffi SEMN speċjali fuq in-netwerk ta' titjiriet kollha tal-Air Malta.

Sħubija fil-programm Marine u Offshore tal-Air Malta hija miftuħa għal dawk l-aġenziji u kumpaniji li joħorġu biljetti lil kull min għalaq it-18-il sena u li huwa impjegat f’kumpanija relatata ma' negozju marittimu. Japplikaw konċessjonijiet u tariffi speċjali għall-Baħħara u għall-Membri tal-Ekwipaġġ Marine u Offshore li jkunu qegħdin jivvjaġġaw fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

  • xogħol attiv fuq il-baħar;
  • biex jaħdmu abbord vapur tal-merkanzija jew tal-kruċieri;
  • li jkunu qegħdin jingħaqdu ma' jew qed jirritornaw minn tali bastiment; servizz attiv fuq Jott – Tbaħħir – Żejt– Gass – Entità ta’ estrazzjoni.

Il-programm Marine u Offshore tal-Air Malta japplika għall-Baħħara kif ukoll għall-membri tal-ekwipaġġ involuti fi tħaffir, tagħbija, manutenzjoni, inġinerija u ġestjoni.


Benefiċċji tas-Sħubija

Bħala membru fil-Programm Marine u Offshore tal-Air Malta, inti intitolat għal:

  • kuntatt dirett ma' min imexxi dan il-programm; 
  • kuntatt dirett mal-uffiċċju li jieħu ħsieb dan il-programm;
  • regoli flessibbli għal xiri/qtugħ ta' biljetti minn qabel;
  • rati ddedikati għall-ivvjaġġar;
  • tariffi orħos fuq prenotazzjoni mill-ġdid;
  • biljett validu għal sena;
  • konċessjoni ta' 40 kilo ta' piż ta' bagalji mingħajr ħlas;
  • aġġornamenti regolari li jgħarrfuk dwar l-offerti speċjali tagħna u aħbarijiet interessanti.

Ivvjaġġar Marine u Offshore - Termini u Kundizzjonijiet

Sabiex issir membru tal-Programm Marine u Offshore tal-Air Malta, inti għandek tissodisfa ċerti kundizzjonijiet. Dawn huma elenkati fit-taqsima Aspetti Legali u Politiki ta' dan is-sit. Dokumenti  u mezzi ta’ komunikazzjoni oħrajn tal-programm (eż. newsletters, aġġornamenti dwar il-kontijiet) sejrin jinkludu kundizzjonijiet oħrajn li jistgħu jiġu ppubblikati minn żmien għal żmien. Ladarba tiġi aċċettat bħala membru tal-programm Marine u Offshore, għandha tintbagħat ittra ta' garanzija bil-letterhead uffiċjali kull meta ssir applikazzjoni għal biljett. L-ittra għandha tinkludi d-dettalji tal-ivvjaġġar, in-numru tal-passaport, in-numru tal-ktieb tal-baħħara u l-pajjiż tal-ħruġ (dan japplika għall-baħħara biss), kif ukoll l-isem tal-bastiment/pjattaforma. L-applikanti għandhom ikunu lesti li jippreżentaw il-ktieb tal-baħħara, il-kuntratt tal-impjieg u l-ittra ta' garanzija waqt iċ-check-in fl-ajruport.

Qabel ma tipparteċipa fil-Programm Marine u Offshore, jekk jogħġbok aqra t-termini u l-kundizzjonijiet rilevanti li huma disponibbli hawnhekk.