This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
It-temp sabiħ u l-ispirtu kompetittiv Malti jagħmlu lil dan il-pajjiż destinazzjoni sportiva ideali. Mill-golf sal-water polo, il-futbol u t-tenis, il-faċilitajiet sportivi ta' Malta jħalluk bla nifs, litteralment.
Jekk ma tantx tħobb tagħmel l-eżerċizzju u aktar tippreferi ssegwi, Malta toffri ambjent uniku għal min irid isegwi avvenimenti sportivi internazzjonali kbar. Hemm it-tellieqa rinomata mad-dinja kollha magħrufa bħala r-Rolex Middle Sea Yacht, avveniment prestiġjuż fejn l-ispettaturi u dawk kollha dilettanti jimlew is-swar biex jaraw id-dgħajjes sbieħ jitilqu sabiex joħorġu mill-port mal-isparatura li tindika l-bidu tat-tellieqa.
Jekk tippreferi xi ftit aktar storbju, Malta toffri lil dawk li huma dilettanti tal-logħba tal-futbol esperjenza memorabbli. Kull meta tintlagħab xi partita kruċjali, kemm jekk waħda ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, il-Premier League, is-Serie A jew l-aqwa fost kollox: il-finali tat-Tazza tad-Dinja, kull ħanut tax-xorb, pub u ristorant fil-gżira jxandar il-partita. Il-partitarji tal-aktar timijiet nazzjonali segwiti, bħall-Italja, il-Brażil, l-Ingilterra, il-Ġermanja u l-Arġentina għandhom xi ħaġa oħra biex jiddevertu – il-popolazzjoni lokali għandha bażi ta' partitarji ddedikati għal dawn it-timijiet u meta t-tim tagħhom jirbaħ, id-dilettanti joħorġu jiċċelebraw bi ħġarhom fit-toroq, idoqqu l-ħornijiet u jxejru l-bnadar ta' dak il-pajjiż partikolari!