This website uses cookies
We rely on cookies to play video, display tweets, remember your preferences and to analyze our website trafic. You consent to our cookier if you click "Accept".
Il-Maltin huma rinomati għall-mod kif igawdu l-ħajja u l-ammont ta' postijiet tad-divertiment li nsibu f'dawn il-gżejjer juri dan. In-numru jġib miegħu wkoll diversità tajba, li żgur tipprovdi xi ħaġa għal kull età u għall-gosti ta' kulħadd.
Il-biċċa l-kbira tal-bars u l-klabbs jinsabu b'mod konvenjenti f'Paceville/San Ġiljan u f'Buġibba, għalhekk, jekk tkun qed toqgħod f'dawk l-inħawi, lejl ta' divertiment hawnhekk jista' jinkludi bosta waqfiet mingħajr il-ħtieġa tat-trasport.
Il-Gżejjer jiftaħru wkoll b'għadd numeruż ta' klabbs u diskoteki għall-beraħ li jinsabu kemmxejn fl-imwarrab – dawn normalment ikunu servuti tajjeb bit-trasport pubbliku u d-divertiment u d-DJs ta' kalibru internazzjonali li jilqgħu fihom żgur jagħmlu l-vjaġġ vallapena.
Ovvjament, jekk qed tfittex atmosfera aktar allegra, tista' tqatta' serata rileassanti f'wieħed mill-ħafna ħwienet tal-inbid moderni li jinsabu madwar Malta u Għawdex, bil-Belt Valletta hija l-qofol għal dan it-tip ta' serata.
Hu x'inhu l-pjaċir tiegħek fid-divertiment, dawn il-gżejjer żgur ser jagħtuk iċ-ċans li tgawdi l-btala tiegħek sal-massimu, waqt li tiżvoga l-istress tiegħek mis-sigħat twal u ebsin tax-xogħol ħdejn il-baħar.